Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi [COM(2007)0851 - C6-0007/2008 - 2007/0295(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Matthias Groote (A6-0329/2008)
Matthias Groote ippreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellem Günter Verheugen (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Anja Weisgerber (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Johannes Blokland (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), Richard Seeber f'isem il-Grupp PPE-DE, Silvia-Adriana Ţicău f'isem il-Grupp PSE, Holger Krahmer f'isem il-Grupp ALDE, Leopold Józef Rutowicz f'isem il-Grupp UEN, Urszula Krupa f'isem il-Grupp IND/DEM, u Bogusław Liberadzki.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Zuzana Roithová u Malcolm Harbour.