3.1. Protokoll mal-ftehima Ewro-Mediterranja KE/Marokk li jqis is-sħubija fl-UE tal-Bulgarija u tar-Rumanija *** (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija [13104/2007 - C6-0383/2008 - 2007/0137(AVC)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Jacek Saryusz-Wolski (A6-0458/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)