Rapport tal-Kunsill Ewropew u dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Riżultat tal-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008
Dikjarazzjoni mill-Presidenza fil-kariga tal-Kunsill: Sitt xhur ta' ħidma tal-Presidenza Franċiża
Nicolas Sarkozy (President fil-kariga tal-Kunsill), ippreżenta r-rapport. tal-Kunsill Ewropew dwar ir-riżultati tal-Kunsill Ewropew tal-11 u tat-12 ta' Diċembru u wettaq, bħala President fil-kariga tal-Kunsill, dikjarazzjoni dwar is-semestru ta' attività tal-Presidenza Franċiża.
Il-President wettaq dikjarazzjoni qasira li fiha huwa ta merħba lis-Segretarju tal-Istat Franċiż għall-Affarijiet Ewropej ġdid, Bruno Le Maire, u fakkar fl-azzjoni tal-predeċessur tiegħu, Jean Pierre Jouyet. Minbarra dan huwa faħħar l-azzjoni ta' Klaus Hänsch, President tal-Parlament Ewropew mill-1994 sal-1997, fl-okkażjoni ta' għeluq sninu.
José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni), wettaq id-dikjarazzjonijiet tiegħu dwar ir-riżultati tal-Kunsill Ewropew.
Tkellmu: Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE-DE, Martin Schulz f'isem il-Grupp PSE, Graham Watson f'isem il-Grupp ALDE, Daniel Cohn-Bendit f'isem il-Grupp Verts/ALE, Cristiana Muscardini f'isem il-Grupp UEN, Francis Wurtz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nigel Farage f'isem il-Grupp IND/DEM, Bruno Gollnisch Membru mhux affiljat, Martin Schulz, minħabba fatt personali wara l-intervent ta' Nigel Farage, Nicolas Sarkozy, José Manuel Barroso, Timothy Kirkhope, Bernard Poignant, Marielle De Sarnez, Ian Hudghton, Brian Crowley, Bairbre de Brún, Bernard Wojciechowski, Sylwester Chruszcz, Hartmut Nassauer u Poul Nyrup Rasmussen.
PRESIDENT: Alejo VIDAL-QUADRAS Viċi President
Tkellmu: Silvana Koch-Mehrin, Adam Bielan, Kathy Sinnott, Peter Baco, Jacek Saryusz-Wolski, Hannes Swoboda, Jean-Marie Cavada, Mogens Camre, Margie Sudre, Robert Goebbels, Andrew Duff, Guntars Krasts, Laima Liucija Andrikienė, Pervenche Berès, Marian Harkin, Jana Hybášková, Libor Rouček, Werner Langen, Enrique Barón Crespo, Colm Burke, Richard Corbett, Mario Mauro, Proinsias De Rossa, Simon Busuttil, Jo Leinen, José Manuel García-Margallo y Marfil, Gary Titley, Elmar Brok, Adrian Severin, Andrzej Jan Szejna u Véronique De Keyser.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Tunne Kelam, Avril Doyle, Csaba Sándor Tabajdi, Carlo Fatuzzo, Mairead McGuinness u Gábor Harangozó.
Tkellmu: Bruno Le Maire (President fil-kariga tal-Kunsill) u Margot Wallström (Viċi President tal-Kummissjoni).