Tkellem Daniel Hannan dwar il-Presidenza Ċeka li jmiss tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat ta' Liżbona.
2. Dibattitu dwar każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt (imħabbra l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)
Il-Membri jew il-gruppi politiċi li ġejjin talbu li jiġi organizzat dibattitu ta' dan it-tip, skont l-Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura, dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:
I. Żimbabwe
- Marios Matsakis, Marco Cappato, Thierry Cornillet u Fiona Hall f'isem il-Grupp ALDE, dwar iż-Żimbabwe (B6-0628/2008);
- Pasqualina Napoletano, Glenys Kinnock, Alain Hutchinson u Emilio Menéndez del Valle f'isem il-Grupp PSE, dwar is-sitwazzzjoni fiż-Żimbabwe (B6-0633/2008);
- Luisa Morgantini f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar iż-Żimbabwe (B6-0634/2008);
- Margrete Auken f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar iż-Żimbabwe (B6-0639/2008);
- Eoin Ryan, Adam Bielan, Ewa Tomaszewska, Ryszard Czarnecki, Konrad Szymański, Hanna Foltyn-Kubicka, Marcin Libicki u Mieczysław Edmund Janowski f'isem il-Grupp UEN, dwar is-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe (B6- 642/2008);
- Geoffrey Van Orden, Colm Burke, Eija-Riitta Korhola, Bernd Posselt u Charles Tannock f'isem il-Grupp PPE-DE, dwar iż-Żimbabwe (B6-0643/2008);
II. Nikaragwa
- Renate Weber, Josu Ortuondo Larrea, Marios Matsakis u Marco Cappato f'isem il-Grupp ALDE, dwar in-Nikaragwa (B6-0629/2008)
- Pasqualina Napoletano u Raimon Obiols i Germà f'isem il-Grupp PSE, dwar is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa (B6-0631/2008);
- Willy Meyer Pleite f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar in-Nikaragwa (B6-0635/2008);
- Cristiana Muscardini, Ryszard Czarnecki, Adam Bielan, Ewa Tomaszewska u Mieczysław Edmund Janowski f'isem il-Grupp UEN, dwar is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa (B6-0637/2008);
- Raül Romeva i Rueda f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar in-Nikaragwa (B6-0640/2008);
- José Manuel García-Margallo y Marfil, Fernando Fernández Martín, Tunne Kelam, Eija-Riitta Korhola, Bernd Posselt u Charles Tannock f'isem il-Grupp PPE-DE, dwar l-aggressjonijiet kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet pubbliċi u d-demokrazija fin-Nikaragwa (B6-0644/2008);
III. Russja: aggressjoni kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-proċess dwar il-qtil ta' Anna Politkovskaya
- Toomas Savi, Marios Matsakis, Henrik Lax, Jeanine Hennis-Plasschaert, Marco Cappato u Marielle De Sarnez f'isem il-Grupp ALDE, dwar ir-Russja: aggressjonijiet kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-proċess kontra l-preżunti qattiela ta' Anna Politkovskaya (B6-0630/2008);
- Pasqualina Napoletano, Jan Marinus Wiersma, Hannes Swoboda, Kristian Vigenin, Józef Pinior u Reino Paasilinna f'isem il-Grupp PSE, dwar ir-Russja: aggressjonijiet kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-proċess ta' qtil ta' Anna Politkovskaya, (B6-0632/2008);
- Vittorio Agnoletto f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar l-aggressjonijiet reċenti kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja (B6-0636/2008);
- Bart Staes, Hélène Flautre, Rebecca Harms u Milan Horáček f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar l-aggressjonijiet kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja u l-proċess ta' qtil ta' Anna Politkovskaya, (B6-0641/2008);
- Tunne Kelam, Zbigniew Zaleski, Christopher Beazley, Michael Gahler, Edward McMillan-Scott, Eija-Riitta Korhola, Colm Burke, Charles Tannock u Bernd Posselt f'isem il-Grupp PPE-DE, dwar l-aggressjonijiet kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja u l-proċess ta' qtil ta' Anna Politkovskaya (B6-0645/2005);
- Inese Vaidere, Ģirts Valdis Kristovskis, Guntars Krasts, Roberts Zīle, Ryszard Czarnecki, Konrad Szymański, Hanna Foltyn-Kubicka, Adam Bielan, Ewa Tomaszewska u Mieczysław Edmund Janowski f'isem il-Grupp UEN, dwar ir-Russja: aggressjonijiet kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-proċess dwar il-qtil ta' Anna Politkovskaya, (B6-0646/2008);
Il-ħin għad-diskorsi se jiġi allokat skont l-Artikolu 142 tar-Regoli tal-Proċedura.
3. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
3.1. Protokoll mal-ftehima Ewro-Mediterranja KE/Marokk li jqis is-sħubija fl-UE tal-Bulgarija u tar-Rumanija *** (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija [13104/2007 - C6-0383/2008 - 2007/0137(AVC)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Jacek Saryusz-Wolski (A6-0458/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
3.2. Protokoll għall-Ftehima ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Albanija sabiex titqies l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-UE *** (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea [7999/2008 - COM(2008)0139 - C6-0453/2008 - 2008/0057(AVC)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Jacek Saryusz-Wolski (A6-0496/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
3.3. Protokoll għall-Ftehima ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Kroazja, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-UE *** (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea [15019/2008 - COM(2007)0612 - C6-0463/2008 - 2007/0215(AVC)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Jacek Saryusz-Wolski (A6-0490/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
3.4. Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Indja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Indja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru [COM(2008)0347 - C6-0342/2008 - 2008/0121(CNS)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Gabriele Albertini (A6-0471/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
3.6. Miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro tal-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-euro bħala munita unika * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1339/2001 li jestendi l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro tal-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-euro bħala munita unika [14533/2008 - C6-0481/2008 - 2007/0192B(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Gérard Deprez (A6-0503/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
3.7. Salvagwardji meħtieġa minn kumpanniji bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (Verżjoni kkodifikata) ***I (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni ta' l-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 48 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta' kumpanniji pubbliċi ta' responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (Verżjoni kkodifikata) [COM(2008)0544 - C6-0316/2008 - 2008/0173(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Diana Wallis (A6-0465/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)
3.8. Eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għad-dħul permanenti minn xi Stat Membru tal-propjetà personali ta' individwi (Verżjoni kkodifikata) * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għad-dħul permanenti minn xi Stat Membru tal-propjetà personali ta' individwi (Verżjoni kkodifikata) [COM(2008)0376 - C6-0290/2008 - 2008/0120(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Diana Wallis (A6-0466/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)
3.10. Midalji u towkins simili għall-muniti tal-euro * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti ta' l-euro [COM(2008)0514 VOL.I - C6-0332/2008 - 2008/0167(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Eoin Ryan (A6-0469/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 10)
3.11. Midalji u towkins simili għall-muniti tal-euro (applikazzjoni tar-Regolament għall-Istati Membri mhux parteċipanti)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2183/2004 li jestendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro [COM(2008)0514 VOL.II - C6-0335/2008 - 2008/0168(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Eoin Ryan (A6-0470/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 11)
3.12. Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 9/2008 (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 9/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 Taqsima III – Kummissjoni [16263/2008 - C6-0462/2008 - 2008/2311(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Kyösti Virrankoski (A6-0487/2008)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 12)
3.13. Unitajiet ta' kejl ***II (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl [11915/3/2008 - C6-0425/2008 - 2007/0187(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Arlene McCarthy (A6-0476/2008)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 13)
Rapport dwar il-litteriżmu medjatiku fid-dinja diġitali [2008/2129(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Christa Prets (A6-0461/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 15)
3.16. Stabbiliment ta' Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (tfassil mill-ġdid) ***II (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (tfassil mill-ġdid) [11263/4/2008 - C6-0422/2008 - 2007/0163(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Bernard Lehideux (A6-0473/2008)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 14)
3.17. Adattament ta' ċerti atti suġġetti għad-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill emendata bid-deċiżjoni 2006/512/KE - Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (Ir-Raba' Parti) ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b'rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju - Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju - Ir-Raba' Parti [COM(2008)0071 - C6-0065/2008 - 2008/0032(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: József Szájer (A6-0301/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 15)
PROPOSTA TAL-KOMMISSJONI
Margot Wallström (Viċi President tal-Kummissjoni) għamlet żewġ dikjarazzjonijiet.
3.18. Il-ħolqien ta' Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2001/470/KE tal-Kunsill li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali [COM(2008)0380 - C6-0248/2008 - 2008/0122(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Ona Juknevičienė (A6-0457/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 16)
3.19. Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew (Tfassil mill-ġdid) ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni għall-impjegati - (Tfassil mill-ġdid) [COM(2008)0419 - C6-0258/2008 - 2008/0141(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Philip Bushill-Matthews (A6-0454/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 17)
Tkellmu: Philip Bushill-Matthews (rapporteur) biex jippreċiża l-irwol li skont hu għandu jkollu r-rapporteur fil-qafas tat-trijalogu.
3.20. Trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità [COM(2007)0765 - C6-0468/2007 - 2007/0279(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Heide Rühle (A6-0410/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 18)
3.21. L-approvazzjoni ta' tipi ta' vetturi bil-mutur u ta' magni ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi [COM(2007)0851 - C6-0007/2008 - 2007/0295(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Matthias Groote (A6-0329/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 19)
3.22. Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni (proġetti li jiġġeneraw dħul) *** (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal regolament tal-kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni, rigward ċerti proġetti li jiġġeneraw dħul [13874/2008 - C6-0387/2008 - 2008/0186(AVC)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Stavros Arnaoutakis (A6-0477/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 20)
3.23. Ir-regoli applikabbli għal ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej *(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regoli applikabbli għal ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej [COM(2008)0786 - C6-0449/2008 - 2008/0224(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Giuseppe Gargani (A6-0483/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 21)
Giuseppe Gargani (rapporteur) preżenta xi emendi orali mal-emendi 62, 65 u 75, li ġew aċċettati.
Qabel il-votazzjoni finali Giuseppe Gargani talab lill-Kumissjoni biex tippreċiża l-pożizzjoni tagħha, Margot Wallström (Viċi President tal-Kummissjoni) għamlet dan.
Wara l-votazzjoni finali, Giuseppe Gargani qara d-dikjarazzjoni politika li ġejja:
«Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità baġitarja, jaqblu li t-tranżizzjoni lejn l-arranġamenti l-ġodda għall-assistenti parlamentari akkreditati, fiha nnifisha mhux se twassal għal ebda żieda fl-approprjazzjonijiet allokati fit-taqsima tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea relatata mal-Parlament Ewropew u li huma maħsuba biex ikopru l-assistenza parlamentari. Dan jista' jingħad meta mqabbel mal-approprjazzjonijiet korrispondenti tal-baġit għall-2008 mingħajr l-indiċi tal-għoli tal-ħajja.
Il-Parlament Ewropew jiġbed l-attenzjoni għall-Artikolu 69(2) tal-Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, adottati mill-Bureau tal-Parlament Ewropew fis-17 ta' Lulju 2008, li jistipula li l-ammont ta’ flus maħruġa għall-ħlas tal-assistenti parlamentari kollha jista’ jiġi aġġustat ta’ kull sena għall-għoli tal-ħajja mill-Bureau tal-Parlament.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirrikonoxxu li fil-każ li l-Kummissjoni trid tipproponi, skont l-Artikolu 96(11) l-iskema applikabbli għall-aġenti oħrajn, adattament tal-kontribuzzjonijiet għall-iskema ta' assigurazzjoni kontra l-qgħad minħabba l-integrazzjoni tal-assistenti parlamentari akkreditati fl-iskema msemmija, il-kontribuzzjonijiet tal-Parlament Ewropew għandhom ikunu ffinanzjati skont it-titolu ta' taqsima xierqa tal-baġit u mħallsa skont il-krediti globali mwettqa fit-taqsima tal-baġit relatata mal-Parlament Ewropew.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiġbdu l-attenzjoni, fost l-oħrajn, li skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 248(4) talt-Trattat KE, il-Qorti tal-Awdituri, meta trid tista’ tissottometti osservazzjonijiet, b’mod partikulari f’forma ta’ rapporti speċjali, dwar kwistjonijiet speċifiċi u tagħti opinjonijiet fuq talba ta’ waħda mill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Komunità.
Il-Parlament Ewropew jimpenja ruħu li jikkonsulta entità ġejjiena mwaqqfa biex tirrappreżenta lill-assistenti parlamentari akkreditati dwar kwalunkwe bidla li tista’ ssir fid-deċiżjoni interna li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 125(1) tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ Ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej.»
3.24. Dispożizzjonijiet tekniċi dwar il-ġestjoni tar-riskju (votazzjoni)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni, preżentata skont l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura, mill-Kumitat ECON dwar l-abbozz ta' direttiva tal-Kummissjoni dwar l-emenda ta' ċerti annessi tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-dispożizzjonijiet tekniċi dwar l-immaniġġjar tar-riskju (B6-0623/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 22)
Rapport dwar ir-rapport dwar il-Kumpaniji ta' Direttorju Qarrieqa (Petizzjonijiet 0045/2006, 1476/2006, 0079/2003, 0819/2003, 1010/2005, 0052/2007, 0306/2007, 0444/2007, 0562/2007 u oħrajn) [2008/2126(INI)] - Kumitat għall-Petizzjonijiet. Rapporteur: Simon Busuttil (A6-0446/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 23)
Tkellem Christopher Beazley biex jippreżenta lil Margot Wallström mistoqsija li hija wieġbet.
4. Spjegazzjonijiet tal-vot
Spjegazzjonijiet bil-miktub tal-vot:
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, skont l-Artikolu 163(3) tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fir-rapport verbatim ta' din is-seduta.
Spjegazzjonijiet orali tal-vot:
Rapport Philip Bushill-Matthews - A6-0454/2008: Hubert Pirker
Rapport Giuseppe Gargani - A6-0483/2008: Daniel Hannan, Martine Roure u Ingeborg Gräßle
Rapport Simon Busuttil - A6-0446/2008: Christopher Heaton-Harris, Syed Kamall, Marcin Libicki, Ewa Tomaszewska, Mairead McGuinness, Tadeusz Zwiefka u Richard Corbett
Rapport Gérard Deprez - A6-0499/2008: Christopher Heaton-Harris
5. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct", "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa tal-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa tal-anqas ġimgħatejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza, l-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
Othmar Karas ħabbar li ma kellux id-dokument tal-votazzjoni tiegħu u li ried jivvota skont il-lista tal-Grupp PPE-DE.
Johan Van Hecke ħabbar li l-apparat tal-votazzjoni tiegħu ma ffunzjonax waqt il-votazzjonijiet dwar ir-rapporti Eoin Ryan (A6-0469/2008, A6-0470/2008), Kyösti Virrankoski (A6-0487/2008), Jamila Madeira A6-0442/2008) u Christa Prets (A6-0461/2008).
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 09.50 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 10.00 )
PRESIDENT: Hans-Gert PÖTTERING President
6. Riżultat tal-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008 - Sitt xhur ta' ħidma tal-Presidenza Franċiża (dibattitu)
Rapport tal-Kunsill Ewropew u dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Riżultat tal-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008
Dikjarazzjoni mill-Presidenza fil-kariga tal-Kunsill: Sitt xhur ta' ħidma tal-Presidenza Franċiża
Nicolas Sarkozy (President fil-kariga tal-Kunsill), ippreżenta r-rapport. tal-Kunsill Ewropew dwar ir-riżultati tal-Kunsill Ewropew tal-11 u tat-12 ta' Diċembru u wettaq, bħala President fil-kariga tal-Kunsill, dikjarazzjoni dwar is-semestru ta' attività tal-Presidenza Franċiża.
Il-President wettaq dikjarazzjoni qasira li fiha huwa ta merħba lis-Segretarju tal-Istat Franċiż għall-Affarijiet Ewropej ġdid, Bruno Le Maire, u fakkar fl-azzjoni tal-predeċessur tiegħu, Jean Pierre Jouyet. Minbarra dan huwa faħħar l-azzjoni ta' Klaus Hänsch, President tal-Parlament Ewropew mill-1994 sal-1997, fl-okkażjoni ta' għeluq sninu.
José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni), wettaq id-dikjarazzjonijiet tiegħu dwar ir-riżultati tal-Kunsill Ewropew.
Tkellmu: Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE-DE, Martin Schulz f'isem il-Grupp PSE, Graham Watson f'isem il-Grupp ALDE, Daniel Cohn-Bendit f'isem il-Grupp Verts/ALE, Cristiana Muscardini f'isem il-Grupp UEN, Francis Wurtz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nigel Farage f'isem il-Grupp IND/DEM, Bruno Gollnisch Membru mhux affiljat, Martin Schulz, minħabba fatt personali wara l-intervent ta' Nigel Farage, Nicolas Sarkozy, José Manuel Barroso, Timothy Kirkhope, Bernard Poignant, Marielle De Sarnez, Ian Hudghton, Brian Crowley, Bairbre de Brún, Bernard Wojciechowski, Sylwester Chruszcz, Hartmut Nassauer u Poul Nyrup Rasmussen.
PRESIDENT: Alejo VIDAL-QUADRAS Viċi President
Tkellmu: Silvana Koch-Mehrin, Adam Bielan, Kathy Sinnott, Peter Baco, Jacek Saryusz-Wolski, Hannes Swoboda, Jean-Marie Cavada, Mogens Camre, Margie Sudre, Robert Goebbels, Andrew Duff, Guntars Krasts, Laima Liucija Andrikienė, Pervenche Berès, Marian Harkin, Jana Hybášková, Libor Rouček, Werner Langen, Enrique Barón Crespo, Colm Burke, Richard Corbett, Mario Mauro, Proinsias De Rossa, Simon Busuttil, Jo Leinen, José Manuel García-Margallo y Marfil, Gary Titley, Elmar Brok, Adrian Severin, Andrzej Jan Szejna u Véronique De Keyser.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Tunne Kelam, Avril Doyle, Csaba Sándor Tabajdi, Carlo Fatuzzo, Mairead McGuinness u Gábor Harangozó.
Tkellmu: Bruno Le Maire (President fil-kariga tal-Kunsill) u Margot Wallström (Viċi President tal-Kummissjoni).
Id-dibattitu ngħalaq.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 14.10 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.05 )
PRESIDENT: Hans-Gert PÖTTERING President
7. Programme Erasmus Mundus (2009-2013) ***I (signature de l'acte)
Il-President għamel dikjarazzjoni qasira.
Wara li stieden lil Ján Figeľ (Membru tal-Kummissjoni) u Katerina Batzeli (President tal-Kumitat CULT) biex jingħaqdu miegħu Il-President, flimkien ma' Bruno Le Maire (President fil-kariga tal-Kunsill), ipproċeda biex tkun iffirmata d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twaqqaf programm ta' azzjoni maħsub biex itejjeb il-kwalitá tat-tagħlim superjuri u biex ikun promoss il-fehim interkulturali permezz ta' koperazzjoni ma' pajjiżi terzi (Erasmus Mundus) (2009-2013), deċiżjoni li kienet adottata mill-Kunsill fis-16.12.2008.
PRESIDENT: Rodi KRATSA-TSAGAROPOULOU Viċi President
8. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
Bernd Posselt ġibed l-attenzjoni li huwa kien preżenti iżda ismu ma kienx jidher fil-lista tal-attendenza.
Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.
° ° ° °
Tkellem Nigel Farage dwar fatt personali wara proposta ta' Martin Schulz waqt dibattitu dwar ir-riżultati tal-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008 u s-semestru ta' attività tal-Presidenza Franċiża (punt 6 tal- Minuti ta' 16.12.2008), u Martin Schulz dwar dan l-intervent.
10. Enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta' l-użu ta' l-enerġija minn sorsi rinnovabbli [COM(2008)0019 - C6-0046/2008 - 2008/0016(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Claude Turmes (A6-0369/2008)
Claude Turmes ippreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellmu: Jean-Louis Borloo (President fil-kariga tal-Kunsill) u Andris Piebalgs (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Béla Glattfelder (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat INTA), Mariela Velichkova Baeva (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ECON), Anders Wijkman (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI) u Inés Ayala Sender (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN).
PRESIDENT: Miguel Angel MARTÍNEZ MARTÍNEZ Viċi President
Tkellmu: Samuli Pohjamo (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat REGI), Csaba Sándor Tabajdi (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Werner Langen f'isem il-Grupp PPE-DE, Britta Thomsen f'isem il-Grupp PSE, Fiona Hall f'isem il-Grupp ALDE, Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp UEN, Umberto Guidoni f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jana Bobošíková Membru mhux affiljata, Alejo Vidal-Quadras, Mechtild Rothe, Roberts Zīle, Roger Helmer, Reino Paasilinna, Mieczysław Edmund Janowski, Luca Romagnoli, Teresa Riera Madurell u Inese Vaidere.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Czesław Adam Siekierski, Marusya Ivanova Lyubcheva, Romana Jordan Cizelj, Silvia-Adriana Ţicău u Gyula Hegyi.
11. Skambju tal-kwoti ta' emissjonijiet tal-gass b'effett serra ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex ittejjeb u twessa' s-sistema Komunitarja għall-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet serra [COM(2008)0016 - C6-0043/2008 - 2008/0013(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Avril Doyle (A6-0406/2008)
Tkellmu: Corien Wortmann-Kool (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat INTA), Elisa Ferreira (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ECON), Lena Ek (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), John Bowis f'isem il-Grupp PPE-DE, u Linda McAvan f'isem il-Grupp PSE.
PRESIDENT: Diana WALLIS Viċi President
Tkellmu: Lena Ek f'isem il-Grupp ALDE, Caroline Lucas f'isem il-Grupp Verts/ALE, Salvatore Tatarella f'isem il-Grupp UEN, Jens Holm f'isem il-Grupp GUE/NGL, Johannes Blokland f'isem il-Grupp IND/DEM, Françoise Grossetête, María Sornosa Martínez, Patrick Louis, Pilar Ayuso, Atanas Paparizov, Urszula Krupa, Bogusław Sonik, Matthias Groote, Karl-Heinz Florenz, Anne Ferreira, Elisabetta Gardini, Caroline Jackson, Georg Jarzembowski, Richard Seeber, Eija-Riitta Korhola u Christofer Fjellner.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Jerzy Buzek, Silvia-Adriana Ţicău, Chris Davies u Bart Staes.
12. L-isforz ta’ l-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet b'effett ta' serra ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isforz ta' l-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra sa l-2020 [COM(2008)0017 - C6-0041/2008 - 2008/0014(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Satu Hassi (A6-0411/2008)
Tkellmu: Cornelis Visser (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ECON) u Sepp Kusstatscher (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL).
PRESIDENT: Mario MAURO Viċi President
Tkellmu: Robert Goebbels (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Antonio De Blasio (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat REGI), Péter Olajos f'isem il-Grupp PPE-DE, Edite Estrela f'isem il-Grupp PSE, Johannes Lebech f'isem il-Grupp ALDE, Liam Aylward f'isem il-Grupp UEN, Roberto Musacchio f'isem il-Grupp GUE/NGL, Riitta Myller, Adina-Ioana Vălean, Anni Podimata u Justas Vincas Paleckis.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Paul Rübig, Carl Schlyter, Kathy Sinnott, Charles Tannock u Anders Wijkman.
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE, 96/61/KE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 [COM(2008)0018 - C6-0040/2008 - 2008/0015(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Chris Davies (A6-0414/2008)
Tkellmu: Françoise Grossetête (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Karsten Friedrich Hoppenstedt f'isem il-Grupp PPE-DE, Evangelia Tzampazi f'isem il-Grupp PSE, Anne Laperrouze f'isem il-Grupp ALDE, Kathalijne Maria Buitenweg f'isem il-Grupp Verts/ALE, Bairbre de Brún f'isem il-Grupp GUE/NGL, Hanne Dahl f'isem il-Grupp IND/DEM, Norbert Glante, Jill Evans, Adam Gierek u Silvia-Adriana Ţicău.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Avril Doyle, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Czesław Adam Siekierski u Rebecca Harms.
14. Il-monitoraġġ u t-tnaqqis ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-fjuwils (trasport fit-toroq u tbaħħir intern) ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass (gażolju) u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-użu tal-karburanti tat-trasport fit-toroq u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE, rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant li jintuża mill-bastimenti tal-passaġġi ta’ l-ilma interni u li tirrevoka d-Direttiva 93/12/KEE [COM(2007)0018 - C6-0061/2007 - 2007/0019(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Dorette Corbey (A6-0496/2007)
15. Standards ta' rendiment rigward emissjonijiet minn karozzi ġodda ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi għall-użu ħafif [COM(2007)0856 - C6-0022/2008 - 2007/0297(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Guido Sacconi (A6-0419/2008)
Tkellmu: Werner Langen (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Martin Callanan f'isem il-Grupp PPE-DE, Pierre Pribetich f'isem il-Grupp PSE, Jorgo Chatzimarkakis f'isem il-Grupp ALDE, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Alessandro Foglietta f'isem il-Grupp UEN, Jens Holm f'isem il-Grupp GUE/NGL, Johannes Blokland f'isem il-Grupp IND/DEM, Amalia Sartori, Inés Ayala Sender, Chris Davies, Matthias Groote, Bogusław Liberadzki u Juan Fraile Cantón.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Czesław Adam Siekierski, Silvia-Adriana Ţicău, Marios Matsakis u Carl Schlyter.
Jean-Louis Borloo (President fil-kariga tal-Kunsill), Stavros Dimas (Membru tal-Kummissjoni) u Andris Piebalgs (Membru tal-Kummissjoni) ikkonkludew id-dibattiti dwar ir-rapporti li jikkonċernaw il-bidla fil-klima u l-enerġija.
Tkellem Marios Matsakis biex juri d-dispjaċir tiegħu għall-attendenza fqira li kien hemm fl-emiċiklu fl-aħħar tad-dibattitu. (Il-President qabel ma' dan).
17. Kompożizzjoni tal-Parlament
Karin Scheele avżat bil-miktub bir-riżenja tagħha minn Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 11 ta' Diċembru 2008.
Skont l-Artikolu 4 (1), tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament għandu jiddikjara post vakanti b'seħħ minn din id-data.
L-awtoritajiet Awstrijaċi kompetenti kienu avżaw bil-ħatra ta' Maria Berger minflok Karin Scheele bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 11 ta' Diċembru 2008.
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, peress li l-kredenzjali tagħha għadhom ma ġewx ivverifikati jew lanqas għadha ma ttieħdet deċiżjoni dwar xi kontestazzjoni eventwali, Maria Berger ħadet postha fil-Parlament u fl-organi tiegħu u tgawdi mid-drittijiet kollha tagħha, bil-kundizzjoni li qabel kellha tiffirma dikjarazzjoni li ma twettaq l-ebda funzjoni li mhix kompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 20.20 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 21.00 )
PRESIDENT: Luigi COCILOVO Viċi President
18. Proċess leġiżlattiv dwar it-tielet pakkett tal-enerġija (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0120/2008) mressqa minn Hannes Swoboda, Reino Paasilinna, Eluned Morgan u Atanas Paparizov f'isem il-Grupp PSE, Giles Chichester, Alejo Vidal-Quadras, Herbert Reul, Angelika Niebler, Gunnar Hökmark u Jerzy Buzek f'isem il-Grupp PPE-DE, lill-Kunsill: Il-kontinwazzjoni u l-konklużjoni f'ħin xieraq tal-proċess leġiżlattiv dwar it-3 pakkett enerġetiku (B6-0493/2008)
Atanas Paparizov u Gunnar Hökmark għamlu l-mistoqsija bi tweġiba orali.
Jean-Louis Borloo (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija bi tweġiba orali
Tkellem Andris Piebalgs (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Angelika Niebler f'isem il-Grupp PPE-DE, Atanas Paparizov f'isem il-Grupp PSE, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Jerzy Buzek.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Reinhard Rack u Silvia-Adriana Ţicău.
Tkellmu: Jean-Louis Borloo u Andris Piebalgs.
Id-dibattitu ngħalaq.
19. L-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta ghal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq [COM(2008)0151 - C6-0149/2008 - 2008/0062(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Inés Ayala Sender (A6-0371/2008)
Inés Ayala Sender ippreżentat ir-rapport tagħha.
Tkellem Antonio Tajani (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Brigitte Fouré f'isem il-Grupp PPE-DE, Silvia-Adriana Ţicău f'isem il-Grupp PSE, Bilyana Ilieva Raeva f'isem il-Grupp ALDE, Eva Lichtenberger f'isem il-Grupp Verts/ALE, Sebastiano (Nello) Musumeci f'isem il-Grupp UEN, Luís Queiró, Robert Evans, Reinhard Rack, Bogusław Liberadzki u Justas Vincas Paleckis.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Zuzana Roithová u Marios Matsakis.
20. Sistemi ta' pagamenti u ta' regolarizzazzjoni ta' transazzjonijiet ta' titoli u kuntratti ta' garanziji finanzjarji ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu [COM(2008)0213 - C6-0181/2008 - 2008/0082(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Piia-Noora Kauppi (A6-0480/2008)
Piia-Noora Kauppi ippreżentat ir-rapport tagħha.
Tkellem Charlie McCreevy (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellem Aloyzas Sakalas (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI).
PRESIDENT: Alejo VIDAL-QUADRAS Viċi President
Tkellmu: Othmar Karas f'isem il-Grupp PPE-DE, Pervenche Berès f'isem il-Grupp PSE, u Margarita Starkevičiūtė f'isem il-Grupp ALDE.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Dragoş Florin David u Zuzana Roithová.
21. Skemi ta' Garanzija għad-Depożiti fir-rigward tal-livell ta' kopertura u d-dewma għall-ħlas ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/19/KE dwar Skemi ta' Garanzija għad-Depożiti fir-rigward tal-livell ta' kopertura u d-dewma għall-ħlas [COM(2008)0661 - C6-0361/2008 - 2008/0199(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Christian Ehler (A6-0494/2008)
Christian Ehler ippreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellem Charlie McCreevy (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Cornelis Visser f'isem il-Grupp PPE-DE, Pervenche Berès f'isem il-Grupp PSE, Sharon Bowles f'isem il-Grupp ALDE, Astrid Lulling, Antolín Sánchez Presedo, Mariela Velichkova Baeva, Paolo Bartolozzi, Ján Hudacký u Colm Burke.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Othmar Karas u Margarita Starkevičiūtė.