Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 18 ta' Diċembru 2008 - Strasburgu

15. Avviż dwar il-pożizzjonijiet komuni tal-Kunsill

Il-President ħabbar, skond l-Artikolu 57(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li kien irċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjonijiet komuni li ġejjin, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottahom, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:

- Pożizzjoni komuni addottata mill-Kunsill fid-9 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-addozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni tas-sidien ta' bastimenti għal pretensjonijiet marittimi (14287/2/2008 - C6-0483/2008 - 2005/0242(COD))
irreferut responsabbli: TRAN

- Pożizzjoni komuni addottata mill-Kunsill fid-9 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-addozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera (14288/2/2008 - C6-0484/2008 - 2005/0236(COD))
irreferut responsabbli: TRAN

Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu kellu jibda għalhekk mill-għada, 19 ta' Diċembru 2008.

Avviż legali - Politika tal-privatezza