L-awtoritajiet kompetenti Rumeni ddikjaraw li Roberta Alma Anastase, Titus Corlăţean, Petru Filip, Monica Maria Iacob-Ridzi, Cătălin-Ioan Nechifor, Dumitru Oprea u Mihaela Popa ġew eletti deputati tal-Parlament Rumen.
Il-Parlament ħa nota u ddikjara s-siġġu tagħhom vakanti b'effett mid-19 ta' Diċembru 2008, skont l-Artikolu 7, paragrafu 2, tal-Att dwar l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali u għall-Artikolu 4, paragrafu 1 tar-Regoli ta' Proċedura.
L-istess awtoritajiet ikkomunikaw ukoll il-ħatra fil-Parlament Ewropew b'effett mit-22 ta' Diċembru 2008, ta' Adrian Manole, li jieħu post Roberta Alma Anastase, Iosif Matula, li jieħu post Monica Maria Iacob-Ridzi, Călin Cătălin Chiriţă, li jieħu post Mihaela Popa, Alexandru Nazare, li jieħu post Petru Filip, Daniel Petru Funeriu, li jieħu post Dumitru Oprea.
L-awtoritajiet Finlandiżi kompetenti kienu avżaw bil-ħatra ta' Eva-Riitta Siitonen minflok Piia-Noora Kauppi bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data l-1 ta' Jannar 2009.
Bi qbil mal-Artikolu 3, paragrafu 2 tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm is-setgħat tagħhom ma jkunux għadhom ġew ivverifikati jew ma jkunux għadhom ġew iddeterminati b'kontestazzjoni eventwali, Adrian Manole, Iosif Matula, Călin Cătălin Chiriţă, Alexandru Nazare, Daniel Petru Funeriu u Eva-Riitta Siitonen, għandhom igawdu bis-sħiħ mis-setgħat tagħhom bħala Membri tal-Parlament u tal-korpi tiegħu, bil-kundizzjoni li ssir minn qabel id-dikjarazzjoni li m'għandhomx xi kariga li tista' tkun inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.