21. It-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u tad-Direttiva 2006/114/KE dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar it-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u tad-Direttiva 2006/114/KE dwar reklamar qarrieqi u komparattiv [2008/2114(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Barbara Weiler (A6-0514/2008)
Tkellmet Barbara Weiler, li kkritikat il-proċedura tal-"preżentazzjoni qasira" skont l-Artikolu 131a tar-Regoli ta' Proċedura, u għamlet il-preżentazzjoni tar-rapport tagħha.