Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 13 ta' Jannar 2009 - Strasburgu

10. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot

Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct", "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa tal-Ismijiet".

Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa tal-anqas ġimgħatejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.

Wara li tgħaddi din l-iskadenza, l-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

Christopher Beazley infurma li l-apparat tal-vot tiegħu ma kienx ħadem matul l-ewwel 7 votazzjonijiet, li għalihom huwa ried jivvota «favur».

Czesław Adam Siekierski, Den Dover, James Nicholson, Janusz Wojciechowski u Teresa Riera Madurell infurmaw li l-apparat tal-vot tagħhom ma ħadimx sew u li minħabba f'hekk ma setgħux jipparteċipaw fil-votazzjonijiet kollha.

Anders Wijkman informa li huwa kien preżenti imma li kien wasal tard fl-emiċiklu.

Den Dover informa li xtaq jivvota skont il-lista tal-votazzjoni tal-Grupp PPE-DE.

Jo Leinen informa li xtaq jivvota skont il-lista tal-votazzjoni tal-Grupp PSE.

Teresa Riera Madurell infurmat li xtaqet tivvota b'sejħa tal-ismijiet għall-votazzjonijiet kollha.

Avviż legali - Politika tal-privatezza