Rapport dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2004-2008) [2007/2145(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Giusto Catania (A6-0479/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
Waqt il-votazzjoni, Mogens Camre ressaq emenda orali għall-paragrafu 32 (inżammet), Syed Kamall għamel intervent dwar il-lista tal-votazzjoni u Marco Cappato indika li l-verżjoni Ingliża tal-paragrafu 166 kienet awtentika.