Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
4.1. Karatteristiċi ta' sigurtà u l-bijometrika f'passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u l-bijometrika f'passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri [COM(2007)0619 - C6-0359/2007 - 2007/0216(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Carlos Coelho (A6-0500/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
Qabel il-votazzjoni, il-President informa li l-Assoċjazzjoni tal-ġurnalisti Parlamentari kienu esprimew ix-xewqa li r-riżultati bin-numri tal-votazzjonijiet isiru oralment b'mod sistematiku mill-President tas-seduta.
Wara l-votazzjoni, Francesco Enrico Speroni u Edward McMillan-Scott qamu kontra din it-talba (Il-President wieġeb li l-Bureau se jiġi infurmat dwar il-kwistjoni).
4.2. Kuntratti pubbliċi fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' ċerti kuntratti pubbliċi ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà [COM(2007)0766 - C6-0467/2007 - 2007/0280(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Alexander Graf Lambsdorff (A6-0415/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
4.3. Sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (dichloromethane) ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE rigward ir-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (Dichloromethane) [COM(2008)0080 - C6-0068/2008 - 2008/0033(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Carl Schlyter (A6-0341/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
4.4. Awtorizzazzjoni biex tkun irratifikata l-Konvenzjoni dwar il-Ħidma fil-Qasam tas-Sajd, 2007, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (Konvenzjoni Nru 188) * (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interessi tal-Komunità Ewropea, il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol fis-Sajd, 2007, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (Konvenzjoni Nru 188) [COM(2008)0320 - C6-0218/2008 - 2008/0107(CNS)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Ilda Figueiredo (A6-0423/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
4.5. Is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2004-2008) (votazzjoni)
Rapport dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2004-2008) [2007/2145(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Giusto Catania (A6-0479/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
Waqt il-votazzjoni, Mogens Camre ressaq emenda orali għall-paragrafu 32 (inżammet), Syed Kamall għamel intervent dwar il-lista tal-votazzjoni u Marco Cappato indika li l-verżjoni Ingliża tal-paragrafu 166 kienet awtentika.
4.6. Il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu tal-2006 (proċeduri dwar djalogu soċjali) (votazzjoni)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni, mressqa skont l-Artikolu 78(3) tar-Regoli ta' Proċedura dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li qed timplimenta l-Ftehim finalizzat mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Vapuri tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni tal-Ħaddiema tat-Trasport Ewropej (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu tal-2006 u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE (COM(2008)0422) – Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. (B6-0624/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
4.7. L-evoluzzjoni tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, b'mod partikolari l-irwol tal-UE (votazzjoni)
Rapport dwar l-evoluzzjoni tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, u b' mod partikolari, l-irwol tal-UE [2008/2201(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Laima Liucija Andrikienė (A6-0498/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)
4.8. L-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (votazzjoni)
Rapport dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001) [2007/2154(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Marco Cappato (A6-0459/2008)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)