6. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct", "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa tal-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa tal-anqas ġimgħatejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza, l-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
° ° ° °
Kyriacos Triantaphyllides avża li l-apparat tal-votazzjoni tiegħu ma ħadimx fil-mument tal-votazzjoni dwar ir-rapport ta' Alexander Graf Lambsdorff - A6-0415/2008.
Patrizia Toia infurmat li l-apparat tal-vot tagħha ma ħadimx waqt il-votazzjoni għar-rapport Marco Cappato - A6-0459/2008.