Alexandr Vondra (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Milan Horáček, Bernd Posselt u Tunne Kelam.
Alexandr Vondra wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Mairead McGuinness, flok l-awtur, Bernd Posselt u Syed Kamall.
Mistoqsija 5 (Seán Ó Neachtain): Il-ġejjieni tal-politika agrikola komuni fl-2013-2020.
Alexandr Vondra wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Seán Ó Neachtain, Avril Doyle u Silvia-Adriana Ţicău.
Il-mistoqsijiet 6 sa 19, 21 sa 24 u 26 sa 29 li minħabba nuqqas ta' ħin ma tweġbux, se jirċievu tweġiba bil-miktub (ara l-Anness tal-Rapport Verbatim).
Il-ħin tal-mistoqsijiet allokat għall-Kunsill intemm.