Nina Škottová għarrfet li ma kinitx se tieħu sehem f'din is-sessjoni parzjali.
3. Kompożizzjoni tal-Parlament
Michel Rocard avża bil-miktub bir-riżenja tiegħu minn Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 1 ta' Frar 2009.
Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura l-Parlament jinnota dan il-post battal u jinforma dwaru lill-Istat Membru konċernat.
L-awtoritajiet Franċiżi kompetenti kienu avżaw bil-ħatra ta' Bernard Soulage minflok Michel Rocard bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 1 ta' Frar 2009.
° ° ° °
L-awtoritajiet Rumeni kompetenti kienu avżaw bil-ħatra ta' Alin Lucian Emanuel Antochi minflok Titus Corlăţean bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 21 ta' Jannar 2009.
L-awtoritajiet Rumeni kompetenti kienu avżaw bil-ħatra ta' Vasilica Viorica Dăncilă minflok Cătălin-Ioan Nechifor bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 21 ta' Jannar 2009.
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, peress li l-kredenzjali tagħhom għadhom ma ġewx ivverifikati jew lanqas għadha ma ttieħdet deċiżjoni dwar xi kontestazzjoni eventwali, Alin Lucian Emanuel Antochi, Vasilica Viorica Dăncilă u Bernard Soulage ħadu posthom fil-Parlament u fl-organi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha tagħhom, bil-kundizzjoni li qabel kellhom jiffirmaw dikjarazzjoni li ma jwettqu l-ebda funzjoni li mhix kompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
4. Verifika tas-setgħat
Fuq proposta tal-Kumitat JURI, il-Parlament iddeċieda li japprova l-mandat ta' Martin Kastler b'seħħ mill-4 ta' Diċembru 2008.
5. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva t-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-gruppi PPE-DE u IND/DEM:
Kumitat AFET: Călin Cătălin Chiriţă, Pierre Pribetich
Kumitat INTA: Trevor Colman minflok Nigel Farage
Kumitat BUDG: Alexandru Nazare
Kumitat ECON: Ingo Friedrich, Godfrey Bloom minflok John Whittaker
Kumitat REGI: Iosif Matula, Bernard Soulage minflok Pierre Pribetich
Kumitat CULT: Daniel Petru Funeriu, Adrian Manole
Kumitat AFCO: Martin Kastler minflok Ingo Friedrich
Kumitat PETI: Martin Kastler minflok Daniel Caspary
Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża: Pierre Pribetich
Delegazzjoni għall-Kumitat għall-Kooperazzjoni Parlamentari bejn l-UE u l-Moldova : Adrian Manole
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan: Alexandru Nazare
Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
6. Interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura
Il-President informa lill-Parlament, skont l-Artikolu 201(3) tar-Regoli ta' Proċedura dwar l-interpretazzjoni li ġejja tal-Artikolu 149(4) tar-Regoli ta' Proċedura, mogħtija mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali li ġie interpellat dwar l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.
«Il-Membri Parlamentari li talbu għal kworum għandhom ikunu preżenti fis-sala plenarja meta ssir din it-talba.»
Jekk ma ssirx oġġezzjoni għal din l-interpretazzjoni minn xi grupp politiku jew minn mill-inqas 40 Membru tal-Parlament (Artikolu 201(4), tar-Regoli ta' Proċedura), qabel l-adozzjoni tal-Minuti ta' din is-sessjoni, din se titqies bħala adottata. F'każ kuntrarju, se titressaq għall-votazzjoni tal-Parlament.
7. Dokumenti mressqa
Tressqu dawn d-dokumenti li ġejjin:
1) mill-kumitati parlamentari, rapporti:
- Rapport dwar it-tisħiħ tal-irwol tal-SMEs Ewropej fil-kummerċ internazzjonali (2008/2205(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Cristiana Muscardini (A6-0001/2009)
- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar ir-Regolament (KE) Nru 3/2008 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (COM(2008)0431 - C6-0313/2008 - 2008/0131(CNS)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Constantin Dumitriu (A6-0004/2009)
- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-Konklużjoni ta' Ftehima immirata lejn it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (COM(2008)0728 - C6-0456/2008 - 2008/0209(CNS)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Angelika Niebler (A6-0005/2009)
- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehima għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (COM(2008)0581 - C6-0392/2008 - 2008/0184(CNS)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Angelika Niebler (A6-0006/2009)
- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Miloslav Ransdorf (2008/2176(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Aloyzas Sakalas (A6-0008/2009)
- Rapport bi proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pornografija tat-tfal (2008/2144(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Roberta Angelilli (A6-0012/2009)
- Rapport dwar it-tieni Analiżi Strateġika dwar l-Enerġija (2008/2239(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Anne Laperrouze (A6-0013/2009)
- Rapport dwar l-akkwist pubbliku pre-kummerċjali: Inrawmu l-innovazzjoni biex niżguraw servizzi pubbliċi sostenibbli u ta’ kwalità għolja fl-Ewropa (2008/2139(INI)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Malcolm Harbour (A6-0018/2009)
- Rapport dwar il-Kummerċ Internazzjonali u l-Internet (2008/2204(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Georgios Papastamkos (A6-0020/2009)
- Rapport dwar ir-Relazzjonijiet Kummerċjali u Ekonomiċi maċ-Ċina (2008/2171(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Corien Wortmann-Kool (A6-0021/2009)
- Rapport dwar l-implimentazzjoni, fl-Unjoni Ewropea, tad-Direttiva 2003/9/KE li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil: żjarat tal-Kumitat LIBE mill-2005 sal-2008 (2008/2235(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Martine Roure (A6-0024/2009)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi sanzjonijiet kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali (COM(2007)0249 - C6-0143/2007 - 2007/0094(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Claudio Fava (A6-0026/2009)
- Rapport dwar l-inħawi fi stat naturali fl-Ewropa (2008/2210(INI)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Gyula Hegyi (A6-0478/2008)
- Rapport dwar in-nondiskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet (2008/2118(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Anna Záborská (A6-0492/2008)
- Rapport dwar "l-2050: Il-Ġejjieni jibda llum – Rakkomandazzjonijiet għal politika tal-UE integrata fil-ġejjieni dwar il-bidla fil-Klima” (2008/2105(INI)) - Kumitat CLIM - Rapporteur: Karl-Heinz Florenz (A6-0495/2008)
- Rapport dwar Aġenda għal Ġejjieni Sostenibbli għall-Avjazzjoni Ġenerali u Kummerċjali (2008/2134(INI)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Luís Queiró (A6-0501/2008)
- Rapport dwar l-impatt fuq l-iżvilupp tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (EPAs) (2008/2170(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Jürgen Schröder (A6-0513/2008)
2) mill-Membri
2.1) mistoqsijiet bi tweġiba orali għall-ħin tal-mistoqsijiet (Artikolu 109 tar-Regoli ta' Proċedura) (B6-0006/2009)
2.2) mozzjonijiet għal riżoluzzjoni (Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Cristiana Muscardini. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar ir-regolamentazzjoni tal-attività professjonali ta' bennej u tal-attivitajiet professjonali fil-kostruzzjoni (l-ikkompletar u l-irfinitura) (B6-0060/2009)
irreferut
responsabbli :
EMPL
- Jana Bobošíková. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar it-tnaqqis tas-salarju tal-Membri tal-Parlament Ewropew minħabba r-reċessjoni ekonomika fl-Unjoni Ewropea u l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali (B6-0061/2009)
irreferut
responsabbli :
JURI
opinjoni :
BUDG
- Cristiana Muscardini. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-kontroll tal-identità tal-minuri fl-UE (B6-0065/2009)
irreferut
responsabbli :
LIBE
- Călin Cătălin Chiriţă. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-promozzjoni tad-dritt għall-edukazzjoni fil-lingwa nattiva għall-membri tal-minoranza Rumena fl-Ukraina (B6-0067/2009)
irreferut
responsabbli :
AFET
opinjoni :
CULT
- Daciana Octavia Sârbu. Proposta għal riżoluzzjoni dwar id-diżastri naturali fl-Ewropa (B6-0068/2009)
irreferut
responsabbli :
ENVI
opinjoni :
AGRI, BUDG, REGI
- Sebastian Valentin Bodu u Marian-Jean Marinescu. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar it-tneħħija ta' ostakoli għall-moviment ħieles tal-ħaddiema ġewwa l-fruntieri tal-UE (B6-0071/2009)
irreferut
responsabbli :
EMPL
2.3) proposti għal rakkomandazzjonijiet (Artikolu 114 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Kathalijne Maria Buitenweg, u Monica Frassoni, f'isem il-Grupp Verts/ALE. Proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar il-konfiska ta' assi finanzjarji u l-proprjetà ta' organizzazzjonijiet kriminali u l-bżonn li jerġgħu jintużaw għal skopijiet soċjali (B6-0064/2009)
irreferut
responsabbli :
LIBE
8. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehim mill-Kunsill
Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:
- protokoll tal-ftehima temporanja dwar il-kummerċ u affarijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea,
- ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru,
- ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja dwar il-kummerċ tal-inbid,
- ftehima bejn il-Komunità Ewropea u Konfederazzjoni Svizzera li temenda l-Anness II tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-Kummerċ ta' prodotti agrikoli.
9. Dikjarazzjonijiet bil-miktub skaduti
Skont l-Artikolu 116(5) tar-Regoli ta' Proċedura, id-dikjarazzjonijiet bil-miktub Nru 0072, 0073, 0074, 0075, 0076, 0077, 0078, 0081, 0082, 0083, 0084, 0085, 0087, 0088/2008 skadew minħabba li ma kellhomx in-numru ta' firem meħtieġ.
10. Mistoqsijiet bi tweġiba orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)
Id-dokumenti msemmija hawn taħt tressqu mill-Membri
1) mistoqsijiet bi tweġiba orali (Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura):
- (O-0115/2008) mressqa minn Vladimír Remek, f'isem il-Kumitat ITRE, lill-Kummissjoni: L-Isfida tal-effiċjenza fl-enerġija permezz tat-teknoloġiji ta' l-informatika u l-komunikazzjoni (B6-0003/2009),
- (O-0001/2009) mressqa minn Daniel Caspary, Robert Sturdy, Corien Wortmann-Kool u Zbigniew Zaleski f'isem il-Grupp PPE-DE, lill-Kummissjoni: Evalwazzjoni tal-impatt tal-kompromessi li ntlaħqu fin-negozjati ta' Doha dwar NAMA u s-servizzi fl-aħħar ta' Lulju 2008 (B6-0004/2009),
- (O-0002/2009) mressqa minn Csaba Sándor Tabajdi, Hannes Swoboda, Jan Marinus Wiersma, Véronique De Keyser, Katrin Saks u Claude Moraes f'isem il-Grupp PSE, lill-Kummissjoni: Il-ħarsien tal-minoranzi nazzjonali, etniċi u immigranti tradizzjonali fl-Ewropa (B6-0005/2009),
- (O-0007/2009) mressqa minn David Hammerstein f'isem il-Grupp Verts/ALE, Alexandra Dobolyi f'isem il-Grupp PSE, Willy Meyer Pleite f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Marian Harkin f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: Id-drittijiet tal-vot għan-nonċittadini tal-Latvja fl-elezzjonijiet lokali (B6-0007/2009),
- (O-0008/2009) mressqa minn Helmuth Markov, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Il-produzzjoni u l-impjiegi fis-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ f'diversi Stati Membri tal-UE. (B6-0008/2009)
2) dikjarazzjonijiet bil-miktub biex jiddaħħlu fir-Reġistru (Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura) :
- Alain Hutchinson, Gérard Deprez, Pierre Jonckheer, José Ribeiro e Castro u Francis Wurtz dwar il-projbizzjoni tal-produzzjoni, tal-bejgħ u tad-distribuzzjoni ta' oġġetti u insinji nazzisti fl-UE
(0004/2009),
- Dimitar Stoyanov u Slavi Binev dwar il-ftuħ tal-Unitajiet 1, 2, 3, u 4 tal-istazzjon tal-enerġija nukleari Kozloduy (0005/2009),
- Dimitar Stoyanov, Desislav Chukolov u Slavi Binevdwar iż-żieda fil-mibegħda kontra l-Bulgari fil-Bulgarija(0006/2009),
- Daniel Strož dwar tendenzi anti-integrazzjonisti b'konnesjoni ma' tentattivi biex jiġu reveduti l-konsegwenzi tat-Tieni Gwerra Dinjija (0007/2009),
- Cristiana Muscardini, Monica Frassoni, Christopher Beazley, Daniel Dăianu u Adamos Adamou dwar proposta ta' ttikkettar trasparenti sabiex titwassal informazzjoni korretta dwar l-oriġini, il-kwalità u t-traċċabilità tal-prodotti tal-ikel(0008/2009),
- Anna Záborská, Martin Kastler, Jean Louis Cottigny, Patrizia Toia u Konrad Szymański dwar il-ħarsien tal-Ħadd mingħajr xogħol bħala pilastru essenzjali tal-Mudell Soċjali Ewropew u bħala parti mill-wirt kulturali Ewropew (0009/2009),
- Donata Gottardi, Sepp Kusstatscher, Iles Braghetto, Elizabeth Lynne u Kathy Sinnott dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità f’każ ta’ diżastru (0010/2009),
- Sebastian Valentin Bodu u Marian-Jean Marinescu dwar it-tneħħija ta' ostakoli għall-moviment ħieles tal-ħaddiema ġewwa l-fruntieri tal-UE (0011/2009),
- Alain Hutchinson, David Hammerstein u Neil Parishdwar il-benesseri tal-annimali domestiċi u annimali mitlufa (0012/2009).
11. Petizzjonijiet
Il-petizzjonijiet imsemmija hawn taħt, li kienu tniżżlu fir-reġistru fid-dati li jidhru hawn isfel, ġew mgħoddija lill-kumitat ikkonċernat skont l-Artikolu 191(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
Data: 28 ta' Jannar 2009
ta' Carlo Garigliano (nru 1785/2008); ta' Karl Heinz Blendermann (nru 1786/2008); ta' Diter Beck (nru 1787/2008); ta' Zaharia Dumitru (nru 1788/2008); ta' Peter Magsam (nru 1789/2008); ta' Georgi Atanosov (nru 1790/2008); ta' Athanasios Kaloutsis (Panellinio Somatio Ethnikon Diethnon Epivatikon Mataforon Odromeas) (2 firem) (nru 1791/2008); ta' Peter Onderka (nru 1792/2008); ta' Ion Cernei (125 firma) (nru 1793/2008); ta' Marioara Budugan (nru 1794/2008); ta' Anna Tsafari (nru 1795/2008); ta' Irena Kamińska (Stowarzyszenie Sędziów Polskich Iustitia) (2 firem) (nru 1796/2008); ta' Gheorghe Niţu (nru 1797/2008); ta' Erika Jahn (nru 1798/2008); ta' Stefano Paoli (Comitato per la difesa del cittadino) (2 firem) (nru 1799/2008); ta' Rolf Brunke (nru 1800/2008); ta' Andreas Ludwig (Bürgerinitiative Horka) (nru 1801/2008); ta' Vilkauskas Kestutis (nru 1802/2008); ta' Nikos Tsoullou (16-il firma) (nru 1803/2008); ta' Giorgios Toussas (Komunistiko Komma Elladas) (nru 1804/2008); ta' Roland Schneider (nru 1805/2008); ta' David Iliias (nru 1806/2008); ta' Michał Boguta (nru 1807/2008); ta' S. Aalbersberg (nru 1808/2008); ta' Adelino Maffongelli (nru 1809/2008); ta' (isem kunfidenzjali) (nru 1810/2008); ta' Christa Schudeja (Heimkinderverband Deutschland) (nru 1811/2008); ta' Alessandro Tuberga (A.T.G.V.I. Associazione Tutela Guardie Volontarie d'Italia) (nru 1812/2008); ta' Caroline zu Stolberg (nru 1813/2008); ta' (isem kunfidenzjali) (nru 1814/2008); ta' Iakovos Papadopoulos (nru 1815/2008); ta' Mirela Matias (nru 1816/2008); ta' Agustin Campos Flores (nru 1817/2008); ta' José Carlos Morte Navarro (nru 1818/2008); ta' Ulrich Langner (nru 1819/2008); ta' Gabriel Gümüs (nru 1820/2008); ta' Jens Genzer (nru 1821/2008); ta' Paola Cairo (nru 1822/2008); ta' (isem kunfidenzjali) (nru 1823/2008); ta' (isem kunfidenzjali) (nru 1824/2008); ta' (isem kunfidenzjali) (nru 1825/2008); ta' Adolfo Pablo Lapi (nru 1826/2008); ta' Manfred Narr (nru 1827/2008); ta' Roberto Marcoccio (nru 1828/2008); ta' Siegfried Pichler (Arbeiterkammer Salzburg) (nru 1829/2008); ta' Zaki Al Chibib (nru 1830/2008); ta' Mustafa Irkan (nru 1831/2008); ta' Adriana-Violeta Amariei (Federaţia Sindicatelor Libere din Învăţământ) (60 firma) (nru 1832/2008); ta' Ioannis Asteriou (Somateia Metalleion Kassandras) (3 firem) (nru 1833/2008); ta' (isem kunfidenzjali) (nru 1834/2008); ta' Alexandra Lünskens (nru 1835/2008); ta' Valeria Cangiullo (nru 1836/2008); ta' Tobias Fleck (nru 1837/2008); ta' Florin Popescu (nru 1838/2008); ta' Walther Dexheimer (nru 1839/2008); ta' Ioana Petre (3271 firma) (nru 1840/2008).
Data: 30 ta' Jannar 2009
ta' (isem kunfidenzjali) (nru 1841/2008); ta' Mag. Gerhard Gröβwang (nru 1842/2008); ta' Leonilde Scarciafratte (nru 1843/2008); ta' Wayne Judson (nru 1844/2008); ta' (isem kunfidenzjali) (nru 1845/2008); ta' Maria Kalapiş (nru 1846/2008); ta' Ibrahim Habib Ibrahim (European Union of Coptic Organisations for Human Rights) (nru 1847/2008); ta' Ramon Maynou Ferreres (nru 1848/2008); ta' Alan G. Ruth (Irish Health Trade Association (IHTA)) (nru 1849/2008); ta' Giovanni Drago (nru 1850/2008); ta' Aurora D'amico (nru 1851/2008); de Zbigniew Orlowski (nru 1852/2008); ta' Ton Van der Kroon (nru 1853/2008); ta' Luca Moriconi (nru 1854/2008); ta' (isem kunfidenzjali) (nru 1855/2008); ta' Torbjörn Svensson Diaz (nru 1856/2008); ta' Adekoyejo Adegbesan (nru 1857/2008); ta' Oliver Zimmer (nru 1858/2008); ta' (isem kunfidenzjali) (nru 1859/2008); ta' Ken Gregory (nru 1860/2008); ta' Maria Claudia Fiorani (nru 1861/2008); ta' Sancho Rodríguez Villar (nru 1862/2008); ta' Zdenek Altner (nru 1863/2008); ta' Ioan Antonescu (Asociatia Cultul Eroilor) (8 firem) (nru 1864/2008); ta' Clara Rosa Moralejo Moralejo (565 firma) (nru 1865/2008); ta' Horst-Günter Mazur (nru 1866/2008); ta' Dimitris Anastasios Georgoulis (nru 1867/2008); ta' Suzanne Ludwig-Kloth (nru 1868/2008); ta' Alan Mitchell (nru 1869/2008); ta' Valentin Rosca (nru 1870/2008); ta' Asociación de vecinos de Celoriu "La Hoguera" (nru 1871/2008); ta' Julia Pérez Escrilano (nru 1872/2008); ta' José Chamizo de la Rubia (Defensor del Pueblo andaluz) (nru 1873/2008); ta' Katharina Benninghoff (nru 1874/2008); ta' Tibor Gabor (SC La Fayette Mode SRL) (nru 1875/2008); ta' Rudolf Hotzy (nru 1876/2008); ta' Sarah Rampazzo (Rete Agatergon) (2 firem) (nru 1877/2008); ta' Dunya Yasanacak (Yasanacak Dunya) (2798 firma) (nru 1878/2008); ta' Jon Bright (ERDF Programming Monitoring Committee) (1560 firma) (nru 1879/2008); ta' Gisela Von der Lühe (nru 1880/2008); ta' Nastasios Kontogouris (nru 1881/2008); ta' Angelos S. Pneymatikos (nru 1882/2008); ta' Hans Kolmeyer (nru 1883/2008); ta' Robert Wase-Baley (nru 1884/2008); ta' Tibor Viniczay (6 firem) (nru 1885/2008); ta' Pierfranco Olivani (Società Italiana di Medicina delle Migrazioni) (4 firem) (nru 1886/2008).
12. Ordni tas-seduta
Il-punt li jmiss kien l-ordni tas-seduta.
L-abbozz finali tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Frar I (PE 419.079/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet msemmija hawn taħt (Artikolu 132 tar-Regoli ta' Proċedura):
it-Tnejn Martine Roure irtitrat it-talba tagħha biex ir-rapport tagħha A6-0024/2009dwar l-Implimentazzjoni fl-UE tad-Direttiva 2003/9/KE dwar il-kundizzjonijiet minimi biex jintlaqgħu r-refuġjati u dawk li jitolbu ażil : żjarat tal-Kumitat LIBE tal-2005 u l-2008 jiġi ppreżentat b'mod qasir (punt 41 tal-Abbozz tal-Aġenda). Il-votazzjoni dwar dan ir-rapport se ssir nhar il-Ħamis.
It-Tlieta u l-Erbgħa
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
Il-Ħamis Talba mill-Grupp UEN biex il-punt «Is-Sitwazzjoni fil-Filippini» (punt 58 tal-Abbozz tal-Aġenda) jiġi sostitwit minn punt «Rifjut mill-Brasil għall-estradizzjoni ta' Cesare Battisti».
Tkellmet Roberta Angelilli f'isem il-Grupp UEN, li ġġustifikat it-talba.
Il-Parlament approva t-talba permezz ta' VE (104 favur, 49 kontra, 8 astensjonijiet).
Hekk ġiet stabbilita l-ordni tas-seduta.
13. Diskorsi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 144 tar-Regoli ta' Proċedura:
Csaba Sógor, Iliana Malinova Iotova, Siiri Oviir, Ewa Tomaszewska, Hélène Flautre, Kyriacos Triantaphyllides, Zita Pleštinská, Rovana Plumb, Bilyana Ilieva Raeva, Dariusz Maciej Grabowski, László Tőkés, Madeleine Jouye de Grandmaison, Georgios Georgiou, Pál Schmitt, Katerina Batzeli, Eugenijus Gentvilas, Hanna Foltyn-Kubicka, Nicolae Vlad Popa, Alexandra Dobolyi, Viktória Mohácsi, Ilda Figueiredo, Kinga Gál, Glyn Ford, Margaritis Schinas, Evgeni Kirilov, Jim Higgins, Ljudmila Novak u Atanas Paparizov.
PRESIDENT: Diana WALLIS Viċi President
Tkellmu: Anne Laperrouze, Georgios Toussas, Jim Allister, Panayiotis Demetriou, Richard Corbett, Marco Pannella, Iosif Matula, Jörg Leichtfried, Jelko Kacin, James Nicholson, Silvia-Adriana Ţicău, Iuliu Winkler, Véronique Mathieu u Czesław Adam Siekierski.
14. Evalwazzjoni tal-impatt tal-kompromess li ntlaħaq fil-qafas tan-negozjati ta' Doha dwar l-aċċess għas-suq għall-prodotti mhux agrikoli u dwar is-servizzi fl-aħħar ta' Lulju 2008 (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Evalwazzjoni tal-impatt tal-kompromess li ntlaħaq fil-qafas tan-negozjati ta' Doha dwar l-aċċess għas-suq għall-prodotti mhux agrikoli u dwar is-servizzi fl-aħħar ta' Lulju 2008
Catherine Ashton (Membru tal-Kummissjoni) għamlet dikjarazzjoni.
Tkellmu: Georgios Papastamkos f'isem il-Grupp PPE-DE, Glyn Ford f'isem il-Grupp PSE, Marco Pannella f'isem il-Grupp ALDE, Jacky Hénin f'isem il-Grupp GUE/NGL, Corien Wortmann-Kool, Francisco Assis, Georgios Toussas, Nils Lundgren f'isem il-Grupp IND/DEM, Christofer Fjellner u Mairead McGuinness.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Paul Rübig, Czesław Adam Siekierski, Zbigniew Zaleski u Mairead McGuinness.
Tkellmet Catherine Ashton.
Id-dibattitu ngħalaq.
15. Produzzjoni u impjiegi fis-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ f'ħafna Stati Membri ta' l-UE (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0008/2009) mressqa minn Helmuth Markov, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Il-produzzjoni u l-impjiegi fis-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ f'diversi Stati Membri tal-UE. (B6-0008/2009)
Corien Wortmann-Kool (sostitut ta' l-awtur) għamlet il-mistoqsija bi tweġiba orali.
Catherine Ashton (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet għall-mistoqsija bi tweġiba orali
Tkellmu: Georgios Papastamkos f'isem il-Grupp PPE-DE, u Rovana Plumb f'isem il-Grupp PSE.
PRESIDENT: Martine ROURE Viċi President
Tkellmu: Gianluca Susta f'isem il-Grupp ALDE, Pedro Guerreiro f'isem il-Grupp GUE/NGL, Tokia Saïfi, Francisco Assis, Danutė Budreikaitė, Ivo Belet, Martí Grau i Segú u Elisa Ferreira.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Paul Rübig, Zbigniew Zaleski u Miloslav Ransdorf.
Tkellmet Catherine Ashton.
Id-dibattitu ngħalaq.
16. Konsegwenzi tal-kriżi reċenti fil-qasam tal-gas - It-tieni analiżi strateġika tal-politika dwar l-enerġija - L-isfidi tal-effiċjenza tal-enerġija u teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Konsegwenzi tal-kriżi reċenti fil-qasam tal-gass
Rapport dwar it-tieni analiżi strateġika tal-politika dwar l-enerġija [2008/2239(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Anne Laperrouze (A6-0013/2009)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0115/2008) mressqa minn Vladimír Remek, f'isem il-Kumitat ITRE, lill-Kummissjoni: L-Isfida tal-effiċjenza fl-enerġija permezz tat-teknoloġiji tal-informatika u l-komunikazzjoni (B6-0003/2009)
Andris Piebalgs (Membru tal-Kummissjoni) għamel dikjarazzjoni.
Anne Laperrouze ippreżentat ir-rapport tagħha.
Vladimír Remek għamel il-mistoqsija bi tweġiba orali.
Viviane Reding (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet għall-mistoqsija bi tweġiba orali.
Tkellmu: Giorgos Dimitrakopoulos (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Romana Jordan Cizelj f'isem il-Grupp PPE-DE, u Mechtild Rothe f'isem il-Grupp PSE.
PRESIDENT: Marek SIWIEC Viċi President
Tkellmu: Graham Watson f'isem il-Grupp ALDE, Antonio Mussa f'isem il-Grupp UEN, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Esko Seppänen f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bastiaan Belder f'isem il-Grupp IND/DEM, Desislav Chukolov Membru mhux affiljat, Gunnar Hökmark, Silvia-Adriana Ţicău, Lena Ek, Eugenijus Maldeikis, Claude Turmes, Miloslav Ransdorf, Sergej Kozlík, Nikolaos Vakalis, Hannes Swoboda, Konrad Szymański, David Hammerstein, Jerzy Buzek u Reino Paasilinna.
PRESIDENT: Luisa MORGANTINI Viċi President
Tkellmu: Fiona Hall, Roberts Zīle, Paul Rübig, Teresa Riera Madurell, Olle Schmidt, Dariusz Maciej Grabowski, Herbert Reul, Atanas Paparizov, Andrzej Wielowieyski, Péter Olajos, Libor Rouček, Danutė Budreikaitė, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Avril Doyle, Evgeni Kirilov, Leopold Józef Rutowicz, Mairead McGuinness, Emanuel Jardim Fernandes u Iliana Malinova Iotova.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Călin Cătălin Chiriţă, Colm Burke, Ioan Mircea Paşcu, Zita Pleštinská, Janusz Onyszkiewicz, Jacek Saryusz-Wolski, Flaviu Călin Rus u Nicolae Vlad Popa.
Tkellem Andris Piebalgs.
PRESIDENT: Gérard ONESTA Viċi President
Tkellmu: Viviane Reding u Anne Laperrouze.
L-isfidi tal-effiċjenza tal-enerġija u teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata fl-aħħar tad-dibattitu, skont l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura.
- Vladimír Remek, f'isem il-Kumitat ITRE, dwar l-isfida tal-effiċjenza tal-enerġija permezz tat-teknoloġiji tal-informatika u tal-komunikazzjoni (B6-0062/2009)
17. L-impatt fuq l-iżvilupp tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (EPAs) (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar l-impatt fuq l-iżvilupp tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (EPAs) [2008/2170(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Jürgen Schröder (A6-0513/2008)
18. In-natura selvaġġa fl-Ewropa (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar in-natura selvaġġa fl-Ewropa [2008/2210(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel. Rapporteur: Gyula Hegyi (A6-0478/2008)
Gyula Hegyi għamel il-preżentazzjoni.
Tkellmet Viviane Reding (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmet Avril Doyle li qalet li jiddispjaċiha li fl-opinjoni tagħha hemm numru kbir ta' rapporti li qegħdin jiġu eżaminati waqt l-applikazzjoni tal-proċedura ta' preżentazzjonijiet qosra skont l-Artikolu 45(2) tar-Regoli ta' Proċedura, minflok li jkun hemm diskussjoni dwarhom. (Il-President irreferiet għall-kompetenzi tal-Konferenza tal-Presidenti u stiednet lill-kelliema biex tirrikorri għall-President tal-grupp tagħha).
19. Aġenda għal ġejjieni sostenibbli għall-avjazzjoni ġenerali u kummerċjali (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar aġenda għal ġejjieni sostenibbli għall-avjazzjoni ġenerali u kummerċjali [2008/2134(INI)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Luís Queiró (A6-0501/2008)
20. In-non-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess u s-solidarjetà interġenerazzjonali (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar in-non-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess u s-solidarjetà interġenerazzjonali [2008/2118(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Anna Záborská (A6-0492/2008)
Anna Záborská għamlet il-preżentazzjoni.
Tkellmet Viviane Reding (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmet Marie Panayotopoulos-Cassiotou li qablet mal-proposti ta' Avril Doyle dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol (punt 18 tal- Minuti ta' 2.2.2009). (Il-President ħa nota).
21. L-akkwist pubbliku pre-kummerċjali: Inrawmu l-innovazzjoni biex niżguraw servizzi pubbliċi sostenibbli u ta' kwalità għolja fl-Ewropa (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar l-akkwist pubbliku pre-kummerċjali: Inrawmu l-innovazzjoni biex niżguraw servizzi pubbliċi sostenibbli u ta' kwalità għolja fl-Ewropa [2008/2139(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Malcolm Harbour (A6-0018/2009)