7.3. Sanzjonijiet kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali ***I (votazzjoni finali)
Rapport Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi sanzjonijiet kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali [COM(2007)0249 - C6-0143/2007 - 2007/0094(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Claudio Fava (A6-0026/2009)
Il-votazzjoni dwar il-proposta tal-Kummissjoni saret fl-4 ta' Frar 2009 (punt 7.1 tal- Minuti ta' 04.02.2009). Il-votazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva ġiet posposta skont l-Artikolu 168(2) tar-Regoli ta' Proċedura, meħud flimkien mal-Artikolu 51(2) it-tieni inċiż, tar-Regoli ta' Proċedura.
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 13)