L-awtoritajiet kompetenti Rumeni ħatru lil Marian Zlotea f'kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 7 (1) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett . Il-Parlament ħa nota ta' dan u skont l-Artikolu 4 (1) tar-Regoli ta' Proċedura, iddikjara l-post tagħha vakanti b'effet mis-17 ta' Frar 2009.
L-istess awtoritajiet ikkomunikaw l-elezzjoni ta' Ioan Lucian Hămbăşan minflok Marian Zlotea, b'effett mill-1 ta' Marzu 2009.
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, peress li l-kredenzjali tagħha għadhom ma ġewx ivverifikati jew lanqas għadha ma ttieħdet deċiżjoni dwar xi kontestazzjoni eventwali, Ioan Lucian Hămbăşan ħadet postha fil-Parlament u fl-organi tiegħu u tgawdi mid-drittijiet kollha tagħha, bil-kundizzjoni li qabel kellha tiffirma dikjarazzjoni li ma twettaq l-ebda funzjoni li mhix kompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.