Aldo Patriciello ippreżenta talba għad-difiża tal-immunità u l-privileġġi tiegħu, fil-kuntest ta' proċedura quddiem it-Tribunal ta' Isernia.
Umberto Bossi, ex-Membru tal-Parlament Ewropew, ippreżenta permezz tal-avukat tiegħu bħal intermedjarju, talba għad-difiża tal-immunitá u l-privileġġi tiegħu, fil-kuntest ta' proċedura quddiem it-Tribunal ta' Verbania, minħabba każijiet li ġraw meta hu kien Membru tal-Parlament Ewropew.
Bi qbil mal-Artikolu 6 (3) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn it-talbiet intbagħtu lill-Kumitat kompetenti, jiġifieri l-Kumitat JURI