Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 10 ta' Marzu 2009 - Strasburgu

4. Deċiżjoni għal proċedura ta' urġenza
CRE

Talba tal-Kunsill għat-twettiq tal-proċedura ta' urġenza (Artikolu 134 tar-Regoli ta' Proċedura) għal:

- Pjan multi-annwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran [COM(2009)0093 - C6-0081/2009 - 2009/0029(CNS)]

Tkellem Philippe Morillon (President tal-Kumitat PECH).

It-talba għal proċedura ta' urġenza ġiet approvata.

Dan il-punt kien inkluż fl-aġenda ta' din is-seduta (punt 51 tal-Abbozz ta' Aġenda tal-10 ta' Marzu 2009).

L-iskadenza għat-tressiq tal-emendi għas-seduta plenarja ġiet stabbilita hekk: data: 11 ta' Marzu 2009 ħin: 10.00.

Il-votazzjoni se ssir il-Ħamis 12 ta' Marzu fl-12.00.

°
° ° °

Tkellem José Ribeiro e Castro dwar in-nuqqas fl-aġenda tal-11 ta' Marzu 2009 ta' punt dwar il-Ġurnata Ewropea ddedikata għall-Vittmi tat-Terroriżmu s (Il-President wieġeb li l-Presidenza se tagħmel stqarrija għada dwar dan is-suġġett).

Avviż legali - Politika tal-privatezza