Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 10 ta' Marzu 2009 - Strasburgu

PRESIDENT: Edward McMILLAN-SCOTT
Viċi President

8. Ħin tal-votazzjonijiet
Rapporti Verbatim

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.

Qabel ma beda l-ħin tal-votazzjonijiet, Il-President ħabbar l-introduzzjoni ta' sistema ġdida għall-wiri tar-riżultati tal-voti fl-emiċiklu.

Tkellmu: Graham Watson f'isem il-Grupp ALDE, dwar l-organizzazzjoni tal-voti dwar ir-rapporti Holger Krahmer (A6-0046/2009) u Michael Cashman (A6-0077/2009) (punt 8.12 tal-Minuti tal-10.03.2009), Thomas Mann, dwar sistema elettronika ġdida għall-wiri tar-riżultati tal-voti, dwar il-Ħamsin Anniversarju mill-Okkupazzjoni tat-Tibet u dwar il-possibilitá li l-bandiera tat-Tibet titpoġġa fl-emiċiklu. (Il-President ikkonferma din il-possibilitá u ta merħba lil Kasur Tashi Wangdi, rappreżentant tas-Santità tiegħu id-Dalaï Lama, li kien preżenti fit-tribuna tal-viżitaturi), u Zbigniew Zaleski, dwar il-massakru ta' eluf ta' pollakki fil-foresta ta' Katyń fl-1940.


8.1. Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Armenja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

8.2. Ftehima bejn il-KE u l-Iżrael dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

8.3. Protokoll addizzjonali għall-Ftehima KE/Afrika t'Isfel fid-dawl tal-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea *** (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

8.4. Il-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea u esperjenzi simili f'pajjiżi terzi (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

8.5. Trasferimenti transkonfinali tas-sedi ta' kumpaniji (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

8.6. Il-futur tas-sistema Ewropea komuni tal-ażil (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

8.7. Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas Integrat tal-Kontroll Intern (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

8.8. Koperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

8.9. Implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

8.10. Trattament u aċċess ugwali għall-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-ispettaklu (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

8.11. Rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur ***I (votazzjoni)

8.12. Emissjonijiet industrijali (prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis) (tfassil mill-ġdid) ***I (votazzjoni)

8.13. L-Istatut tal-kumpanija privata Ewropea * (votazzjoni)

8.14. Il-linji gwida għall-proċedura tal-Baġit 2010, sezzjoni III - Kummissjoni (votazzjoni)

8.15. Linji gwida dwar il-proċedura tal-Baġit 2010 - Sezzjonijiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII u IX (votazzjoni)

8.16. Integrità tal-logħob tal-azzard fuq l-internet (votazzjoni)

8.17. Niggarantixxu l-Kwalità tal-Ikel - Armonizzazzjoni jew rikonoxximent reċiproku tal-istandards (votazzjoni)

8.18. Rapporti dwar il-politika tal-kompetizzjoni 2006 u 2007 (votazzjoni)

8.19. Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (votazzjoni)
Avviż legali - Politika tal-privatezza