Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 10 ta' Marzu 2009 - Strasburgu

14. Aġenda
CRE

Waqt laqgħa tiegħu li saret fid-9 ta' Marzu 2009, il-Kumitat AFET adotta mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar id-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni umanitarja fi Sri Lanka, u wara li kkunsidra s-sitwazzjoni, talab biex il-mozzjoni tkun inkluża fl-aġenda ta' din is-sessjoni skont l-Artikolu 91 tar-Regoli ta' Proċedura.

Il-mozzjoni se tkun ikkunsidrata bħala adottata ħlief jekk għall-inqas 40 Membru tal-Parlament Ewropew ma jressqux bil-miktub id-diżapprovazzjoni tagħhom sa nofsinhar ta' għada f'liema każ, ir-riżoluzzjoni se tkun inkluża fl-aġenda biex isir dibattitu u jittieħed vot dwarha f'din is-sessjoni.

Avviż legali - Politika tal-privatezza