Il-Parlament ikkunsidra numru ta' mistoqsijiet għall-Kummissjoni (B6-0009/2009).
L-ewwel parti
Mistoqsija 31 (Silvia-Adriana Ţicău): Miżuri favur il-promozzjoni ta' prodotti u servizzi li jikkontribwixxu għat-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija u għall-iżvilupp ta' enerġiji li jiġġeddu. Viviane Reding (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Silvia-Adriana Ţicău u Reinhard Rack.
Mistoqsija 32 (Giorgos Dimitrakopoulos): Dwar interpretazzjoni iktar flessibbli tal-Patt dwar it-Tkabbir u l-Istabilitá Ekonomika. Viviane Reding wieġbet għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Giorgos Dimitrakopoulos, Jörg Leichtfried u Avril Doyle.
Mistoqsija 33 (Pedro Guerreiro): L-eliminazzjoni tal-“Paradisi fiskali”. Viviane Reding wieġbet għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Pedro Guerreiro u Robert Evans.
It-tieni parti
Mistoqsija 34 (Claude Moraes): L-Internet u r-reati ta' mibgħeda. Viviane Reding wieġbet għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Claude Moraes u Jim Allister.
Mistoqsija 35 (Eoin Ryan): It-Teknoloġiji tal-Informatika u tal-Komunikazzjoni (ICT) u s-soċjetá tal-informazzjoni. Viviane Reding wieġbet għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Eoin Ryan, Silvia-Adriana Ţicău u Reinhard Rack.
Mistoqsija 36 (Gay Mitchell): Il-Kontroll tal-Internet. Viviane Reding wieġbet għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Gay Mitchell.
Il-mistoqsijiet minn 37 sa 40 se jingħataw tweġiba bil-miktub.
Mistoqsija 41 (Bernd Posselt): L-Istatus ta' kandidat tas-Serbja. Leonard Orban (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Bernd Posselt.
Mistoqsija 42 (Sarah Ludford): Is-Sħubija tas-Serbja. Leonard Orban wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Sarah Ludford u Bernd Posselt.
Il-mistoqsijiet minn 43 sa 44 se jingħataw tweġiba bil-miktub.
Mistoqsija 45 (Yiannakis Matsis): Użurpazzjoni ffinanzjata mit-Turkija, ta' beni Griegi-Ċiprijotti fil-parti okkupata ta' Ċipru. Leonard Orban wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Yiannakis Matsis.
Mistoqsija 46 (Vural Öger): Il-ftuħ tal-kapitalu dwar l-“Enerġija” fin-negozjati ta' sħubija tat-Turkija mal-UE. Leonard Orban wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Vural Öger.
Il-mistoqsijiet minn 47 sa 48 se jingħataw tweġiba bil-miktub.
Mistoqsija 49 (Marian Harkin): Appoġġ għas-Suq.
Mistoqsija 51 (Seán Ó Neachtain): Is-settur tal-ħalib fl-Unjoni Ewropea.
Mariann Fischer Boel (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Marian Harkin, Seán Ó Neachtain, Jim Allister u Jim Higgins.
Mistoqsija 50 (Liam Aylward): L-ittikkettar ta' prodotti tal-laħam tan-nagħaġ.
Mariann Fischer Boel wieġbet għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Liam Aylward.
Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)
Il-ħin tal-mistoqsijiet allokat għall-Kummissjoni ntemm.