Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 10 ta' Marzu 2009 - Strasburgu

PRESIDENT: Manuel António dos SANTOS
Viċi President

16. Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet lill-Kummissjoni)
CRE

Il-Parlament ikkunsidra numru ta' mistoqsijiet għall-Kummissjoni (B6-0009/2009).

L-ewwel parti

Mistoqsija 31 (Silvia-Adriana Ţicău): Miżuri favur il-promozzjoni ta' prodotti u servizzi li jikkontribwixxu għat-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija u għall-iżvilupp ta' enerġiji li jiġġeddu.
Viviane Reding (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Silvia-Adriana Ţicău u Reinhard Rack.

Mistoqsija 32 (Giorgos Dimitrakopoulos): Dwar interpretazzjoni iktar flessibbli tal-Patt dwar it-Tkabbir u l-Istabilitá Ekonomika.
Viviane Reding wieġbet għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Giorgos Dimitrakopoulos, Jörg Leichtfried u Avril Doyle.

Mistoqsija 33 (Pedro Guerreiro): L-eliminazzjoni tal-“Paradisi fiskali”.
Viviane Reding wieġbet għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Pedro Guerreiro u Robert Evans.

It-tieni parti

Mistoqsija 34 (Claude Moraes): L-Internet u r-reati ta' mibgħeda.
Viviane Reding wieġbet għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Claude Moraes u Jim Allister.

Mistoqsija 35 (Eoin Ryan): It-Teknoloġiji tal-Informatika u tal-Komunikazzjoni (ICT) u s-soċjetá tal-informazzjoni.
Viviane Reding wieġbet għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Eoin Ryan, Silvia-Adriana Ţicău u Reinhard Rack.

Mistoqsija 36 (Gay Mitchell): Il-Kontroll tal-Internet.
Viviane Reding wieġbet għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Gay Mitchell.

Il-mistoqsijiet minn 37 sa 40 se jingħataw tweġiba bil-miktub.

Mistoqsija 41 (Bernd Posselt): L-Istatus ta' kandidat tas-Serbja.
Leonard Orban (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Bernd Posselt.

Mistoqsija 42 (Sarah Ludford): Is-Sħubija tas-Serbja.
Leonard Orban wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Sarah Ludford u Bernd Posselt.

Il-mistoqsijiet minn 43 sa 44 se jingħataw tweġiba bil-miktub.

Mistoqsija 45 (Yiannakis Matsis): Użurpazzjoni ffinanzjata mit-Turkija, ta' beni Griegi-Ċiprijotti fil-parti okkupata ta' Ċipru.
Leonard Orban wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Yiannakis Matsis.

Mistoqsija 46 (Vural Öger): Il-ftuħ tal-kapitalu dwar l-“Enerġija” fin-negozjati ta' sħubija tat-Turkija mal-UE.
Leonard Orban wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Vural Öger.

Il-mistoqsijiet minn 47 sa 48 se jingħataw tweġiba bil-miktub.

Mistoqsija 49 (Marian Harkin): Appoġġ għas-Suq.

Mistoqsija 51 (Seán Ó Neachtain): Is-settur tal-ħalib fl-Unjoni Ewropea.

Mariann Fischer Boel (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Marian Harkin, Seán Ó Neachtain, Jim Allister u Jim Higgins.

Mistoqsija 50 (Liam Aylward): L-ittikkettar ta' prodotti tal-laħam tan-nagħaġ.

Mariann Fischer Boel wieġbet għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Liam Aylward.

Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)

Il-ħin tal-mistoqsijiet allokat għall-Kummissjoni ntemm.

Avviż legali - Politika tal-privatezza