Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (tfassil mill-ġdid) [COM(2008)0229 - C6-0184/2008 - 2008/0090(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Michael Cashman (A6-0077/2009)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 14)
Tkellmu: Michael Cashman (rapporteur), li, skont l-Artikolu 53(1) tar-Regoli ta' Proċedura, stieden lill-Kummissjoni biex tikkomunika l-pożizzjoni tagħha dwar l-emendi tal-Parlament, u Günter Verheugen (Viċi President tal-Kummissjoni).
Michael Cashman, bi qbil mal-Artikolu 53(2 ) tar-Regoli ta' Proċedura, ressaq proposta formali lill-Parlament rigward l-opportunità li ssir votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva.
Il-Parlament iddeċieda li jipposponi l-votazzjoni. Il-mistoqsija reġgħet intbagħtet lill-kumitat kompetenti biex jerġa' jikkunsidraha mill-ġdid.
Michael Cashman talab lill-President sabiex tistieden lil President fil-kariga tal-Kunsill u l-President li jmiss biex jiftħu djalogu formali mal-Parlament (Il-President wiġbitu li kienet se tressaq it-talba tiegħu), u talab li jsiru ċertu aġġustamenti tekniċi għat-test adottat.