Il-President għamel stqarrija fl-okkażżjoni tal-Ħames Ġurnata Ewropea ddedikata għall-Vittmi tat-Terroriżmu. Huwa fakkar il-vittmi tat-terroriżmu kollha, speċjalment taż-żewġ suldati Ingliżi li nqatlu fis-7 ta' Marzu 2009 f'Massereene u lill-pulizija li nqatel fid-9 ta' Marzu 2009 fil-kontea ta' Armagh f'Irlanda ta' Fuq kif ukoll lill-vittmi tal-attentat suwiċida li twettaq fl-10 ta' Marzu 2009 fuq moskea fin-Nofsinhar tax-Sri Lanka. Il-President ikkundanna l-atti terroristiċi u jqis dawn l-atti bħala waħda mill-ikbar theddidiet għas-sigurtà, għall-istabilità u għall-valuri demokratiċi tal-komunità internazzjonali. F'isem il-Parlament, huwa esprima s-solidarjetá tiegħu mal-familji tal-vittmi.
Il-Parlament osserva minuta silenzju bħala sinjal ta' tifkira tal-vittmi tal-attentati riċenti fl-Irlanda u fix-Sri Lanka.
° ° ° °
Il-President għamel dikjarazzjoni fl-okkażjoni tat-30 anniversarju mill-mewt ta' Jean Monnet. Huwa ta ġieħ lill-memorja tiegħu kif ukoll lill-prinċipji li għadhom rilevanti sal-lum, li ggwidawh fl-azzjonijiet tiegħu.
Tkellem José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni), li sostna l-ġieħ li ngħata mill-President.
° ° ° °
Tkellem José Ribeiro e Castro, li qal li l-Ġurnata Ewropea ddedikata għall-Vittmi tat-Terroriżmu għandu jkollha iktar impatt fl-Unjoni Ewropea kollha, u jistieden lill-Kummissjoni kif ukoll lill-President tal-Kunsill fil-kariga biex jieħdu inizjattivi f'dan ir-rigward..
3. Tħejjija tal-Kunsill Ewropew (19-20 ta' Marzu 2009) - Pjan Ewropew ta' rkupru ekonomiku - Linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri * - Politika ta' Koeżjoni: investiment fl-ekonomija reali (dibattitu)
Dikjarazzjonjiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Tħejjija tal-Kunsill Ewropew (19-20 ta' Marzu 2009)
Rapport dwar il-pjan Ewropew ta' rkupru ekonomiku [2008/2334(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Elisa Ferreira (A6-0063/2009)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri [COM(2008)0869 - C6-0050/2009 - 2008/0252(CNS)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Jan Andersson (A6-0052/2009)
Rapport dwar il-politika ta' Koeżjoni: investiment fl-ekonomija reali [2009/2009(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Evgeni Kirilov (A6-0075/2009)
Alexandr Vondra (President fil-kariga tal-Kunsill) u José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Elisa Ferreira, Jan Andersson u Evgeni Kirilov ippreżentaw ir-rapporti.
Tkellmu: Salvador Garriga Polledo (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG), Elisabeth Morin (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE-DE, Martin Schulz f'isem il-Grupp PSE, Graham Watson f'isem il-Grupp ALDE, Cristiana Muscardini f'isem il-Grupp UEN, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jiří Maštálka f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nigel Farage f'isem il-Grupp IND/DEM, Jana Bobošíková Membru mhux affiljata, Klaus-Heiner Lehne, Poul Nyrup Rasmussen, Jules Maaten, Mirosław Mariusz Piotrowski, Claude Turmes, Sahra Wagenknecht, Nils Lundgren, Bruno Gollnisch, Lambert van Nistelrooij, Edit Herczog, Ona Juknevičienė, Guntars Krasts, Elisabeth Schroedter, Ilda Figueiredo, Johannes Blokland, Sergej Kozlík, Gunnar Hökmark, Guido Sacconi, Sophia in 't Veld, Dariusz Maciej Grabowski u Csaba Őry.
PRESIDENT: Rodi KRATSA-TSAGAROPOULOU Viċi President
Tkellmu: Pervenche Berès, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Rolf Berend, Enrique Barón Crespo, Chris Davies, Costas Botopoulos, Jean-Paul Gauzès, Brian Simpson, Péter Olajos, Gianni Pittella, Avril Doyle, Harlem Désir, Cornelis Visser u Libor Rouček.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Rumiana Jeleva, Atanas Paparizov, Danutė Budreikaitė, Mieczysław Edmund Janowski, Emmanouil Angelakas, Csaba Sándor Tabajdi, Martin Schulz u Klaus-Heiner Lehne, dan tal-aħħar dwar l-intervent ta' Martin Schulz.
Tkellmu: Alexandr Vondra, Günter Verheugen (Viċi President tal-Kummissjoni), Elisa Ferreira, Jan Andersson u Evgeni Kirilov.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Daniel Cohn-Bendit, Monica Frassoni, Rebecca Harms, Gisela Kallenbach u Claude Turmes f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-kontribut għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-2009 f'dak li għandu x'jaqsam mal-Istrateġija ta' Liżbona (B6-0107/2009),
- Francis Wurtz, Ilda Figueiredo, Helmuth Markov u Kyriacos Triantaphyllides f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-kontribut għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-2009 f'dak li għandu x'jaqsam mal-Istrateġija ta' Liżbona (B6-0108/2009),
- Joseph Daul u Klaus-Heiner Lehne f'isem il-Grupp PPE-DE, Martin Schulz, Edit Herczog u Udo Bullmann f'isem il-Grupp PSE, Graham Watson u Jules Maaten f'isem il-Grupp ALDE, Cristiana Muscardini, Guntars Krasts u Adam Bielan f'isem il-Grupp UEN, dwar il-kontribut għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-2009 f'dak li għandu x'jaqsam mal-Istrateġija ta' Liżbona (B6-0109/2009),
- Jan Andersson, f'isem il-Kumitat EMPL, dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri 2008-2010 (B6-0133/2009),
- Miroslav Ouzký, f'isem il-Kumitat ENVI, dwar Strateġija tal-UE favur ftehim komprensiv dwar il-bidla fil-klima f’Kopenħagen u l-finanzjament xieraq tal-politika dwar il-bidla fil-klima (B6-0134/2009).
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 5.20 tal-Minuti tal-11.03.2009, punt 5.21 tal-Minuti tal-11.03.2009, punt 5.22 tal-Minuti tal-11.03.2009, punt 5.15 tal-Minuti tal-11.03.2009 u punt 5.24 tal-Minuti tal-11.03.2009.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta sa ma sar il-ħin għall-votazzjonijiet: 12.05 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 12.10)
PRESIDENT: Martine ROURE Viċi President
4. Aġenda
Il-President ġibdet l-attenzjoni li Robert Evans u erbgħin firmatarju ieħor ippreżentaw bil-miktub id-diżapprovazzjoni tagħhom għall-inklużjoni fl-aġenda ta' din is-sessjoni ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat AFET dwar is-sitwazzjoni umanitarja fi Sri Lanka (punt 14 tal-Minuti ta-data 10 ta' Marzu 2009)
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 90 (4) tar-Regoli ta' Proċedura, il-mozzjoni għal riżoluzzjoni hija inkluża għal dibattitu u votazzjoni fl-aġenda ta' din is-sessjoni.
Il-President tipproponi li d-dibattitu jkun inkluż illejla bħala l-aħħar punt fuq l-aġenda u li l-vot dwaru jittieħed għada f'nofsinhar.
L-iskadenza għat-tressiq tal-emendi fil-plenarja huwa stipulat għal-lum fit-15.00 ta' wara nofsinhar.
Tkellmu: Robert Evans, li talab ir-rapport tad-dibattitu fis-sessjoni li jmiss, u Daniel Cohn-Bendit, li oppona din it-talba.
Il-Parlament irrifjuta t-talba dwar ir-Rapport tad-dibattitu.
5. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
5.1. L-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (verżjoni kodifikata) * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tiddetermina l-kamp ta' applikazzjoni ta’ l-Artikolu 143(b) u (ċ) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (verżjoni kodifikata) [COM(2008)0575 - C6-0347/2008 - 2008/0181(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (A6-0060/2009)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
5.2. Aġġustament tas-salarji bażiċi u l-allowances għall-persunal tal-Europol * (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar l-Inizjattiva tar-Repubblika Franċiża bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Kunsill li taġġusta s-salarji bażiċi u l-allowances applikabbli għall-persunal tal-Europol [14479/2008 - C6-0038/2009 - 2009/0804(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra (A6-0078/2009)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
5.3. Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, skont il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod [COM(2009)0023 - C6-0040/2009 - 2009/2007(ACI)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Reimer Böge (A6-0106/2009)
5.4. Baġit ta' emenda nru 1/2009: Għargħar fir-Rumanija (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proġett ta' baġit ta' emenda nru 1/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 [6952/2009 – C6-0075/2009 – 2009/2008(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Jutta Haug (A6-0113/2009)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
5.5. Regoli u standards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (Verżjoni mfassla mill-ġdid) ***III (votazzjoni)
Rapport dwar it-test konġunt, approvat mill-kumitat ta' konċiljazzjoni, ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (Verżjoni mfassla mill-ġdid) [PE-CONS 3719/2008 - C6-0042/2009 - 2005/0237A(COD)] - Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni - Rapporteur: Luis de Grandes Pascual (A6-0097/2009)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
5.6. Regoli u standards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri (verżjoni mfassla mill-ġdid) ***III (votazzjoni)
Rapport dwar it-test konġunt, approvat mill-kumitat ta' konċiljazzjoni, ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards komuni għall-organizzazzjonijiet tal-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri (verżjoni mfassla mill-ġdid) [PE-CONS 3720/2008 - C6-0043/2009 - 2005/0237B(COD)] - Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni - Rapporteur: Luis de Grandes Pascual (A6-0098/2009)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
Rapport dwar it-test konġunt, approvat mill-kumitat ta' konċiljazzjoni, ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (verżjoni mfassla mill-ġdid) [PE-CONS 3721/2008 - C6-0044/2009 - 2005/0238(COD)] - Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni - Rapporteur: Dominique Vlasto (A6-0099/2009)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)
5.8. Sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità ***III (votazzjoni)
Rapport dwar it-test konġunt, approvat mill-kumitat ta' konċiljazzjoni, ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità [PE-CONS 3722/2008 - C6-0045/2009 - 2005/0239(COD)] - Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni - Rapporteur: Dirk Sterckx (A6-0100/2009)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)
5.9. Investigazzjonijiet ta' inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu ***III (votazzjoni)
Rapport dwar it-test konġunt, approvat mill-kumitat ta' konċiljazzjoni, ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjonijiet ta’ inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttivi 1999/35/KE u 2002/59/KE [PE-CONS 3723/2008 - C6-0046/2009 - 2005/0240(COD)] - Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni - Rapporteur: Jaromír Kohlíček (A6-0101/2009)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 9)
5.10. Ir-responsabbiltà tat-trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' inċident ***III (votazzjoni)
Rapport dwar it-test konġunt, approvat mill-kumitat ta' konċiljazzjoni, ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' inċident [PE-CONS 3724/2008 - C6-0047/2009 - 2005/0241(COD)] - Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni - Rapporteur: Paolo Costa (A6-0102/2009)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 10)
5.11. Assigurazzjoni tas-sidien ta' vapuri għall-pretensjonijiet marittimi ***II (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni addottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-addozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni tas-sidien ta' vapuri għall-pretensjonijiet marittimi [14287/2/2008 - C6-0483/2008 - 2005/0242(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Gilles Savary (A6-0072/2009)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 11)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni addottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-addozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera [14288/2/2008 - C6-0484/2008 - 2005/0236(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Emanuel Jardim Fernandes (A6-0069/2009)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 12)
5.13. Tassazzjoni fuq vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi [COM(2008)0436 - C6-0276/2008 - 2008/0147(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Saïd El Khadraoui (A6-0066/2009)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 13)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (tfassil mill-ġdid) [COM(2008)0229 - C6-0184/2008 - 2008/0090(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Michael Cashman (A6-0077/2009)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 14)
Tkellmu: Michael Cashman (rapporteur), li, skont l-Artikolu 53(1) tar-Regoli ta' Proċedura, stieden lill-Kummissjoni biex tikkomunika l-pożizzjoni tagħha dwar l-emendi tal-Parlament, u Günter Verheugen (Viċi President tal-Kummissjoni).
Michael Cashman, bi qbil mal-Artikolu 53(2 ) tar-Regoli ta' Proċedura, ressaq proposta formali lill-Parlament rigward l-opportunità li ssir votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva.
Il-Parlament iddeċieda li jipposponi l-votazzjoni. Il-mistoqsija reġgħet intbagħtet lill-kumitat kompetenti biex jerġa' jikkunsidraha mill-ġdid.
Michael Cashman talab lill-President sabiex tistieden lil President fil-kariga tal-Kunsill u l-President li jmiss biex jiftħu djalogu formali mal-Parlament (Il-President wiġbitu li kienet se tressaq it-talba tiegħu), u talab li jsiru ċertu aġġustamenti tekniċi għat-test adottat.
5.15. Linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri * (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri [COM(2008)0869 - C6-0050/2009 - 2008/0252(CNS)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Jan Andersson (A6-0052/2009)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 15)
5.17. Is-sitwazzjoni soċjali tar-Roma u l-aċċess imtejjeb tagħhom għas-suq tax-xogħol fl-UE(votazzjoni)
Rapport dwar is-sitwazzjoni soċjali tar-Roma u l-aċċess imtejjeb tagħhom għas-suq tax-xogħol fl-UE [2008/2137(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Magda Kósáné Kovács (A6-0038/2009)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 17)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI ALTERNATTIVA (imressqa mill-Grupp PSE)
Rapport dwar soluzzjonijiet għall-isfidi marbuta mal-provvista taż-żejt [2008/2212(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Herbert Reul (A6-0035/2009)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 18)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI ALTERNATTIVA (imressqa mill-Gruppi PPE-DE u PSE)
5.19. Trasport aktar ekoloġiku u l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni(votazzjoni)
Rapport dwar it-trasport aktar ekoloġiku u l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni [2008/2240(INI)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Georg Jarzembowski (A6-0055/2009)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 19)
Elizabeth Lynne biex tippreżenta emenda orali għall-paragrafu 13 (adottata) u Philip Bushill-Matthews biex jippreżenta emenda orali għal emenda 1 (adottata).
5.23. Pjan Ewropew ta' rkupru ekonomiku(votazzjoni)
Rapport dwar il-pjan Ewropew ta' rkupru ekonomiku [2008/2334(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Elisa Ferreira (A6-0063/2009)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 23)
7. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct", "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa tal-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa tal-anqas ġimgħatejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 13.55 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.10 )
PRESIDENT: Hans-Gert PÖTTERING President
8. Dikjarazzjoni tal-President
Il-President għamel stqarrija dwar l-avveniment traġiku li ġara llum fil-kulleġġ ta' Winnenden, fir-reġjun Ġermaniż ta' Baden-Wurtemberg, meta ex-student qatel diversi studenti u għalliema u weġġa' żewġ puliżija. Il-President fakkar avvenimenti simili li ġraw sitt xhur ilu fi skola ta' Kauhajoki, fil-Finlandja, u ilbieraħ f'Alabama, fl-Istati Uniti.
Huwa stieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jimplimentaw kull miżura biex jevitaw inċidenti traġiċi bħal dawn u f'isem il-Parlament Ewropew, esprima s-solidarjetà mal-familji tal-vittmi.
Il-Parlament osserva minuta silenzju bħala tifkira tal-vittmi.
PRESIDENT: Gérard ONESTA Viċi President
9. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
Othmar Karas avża li hu kien preżenti iżda ismu ma kienx imniżżel fir-reġistru tal-attendenza.
Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.
10. Kompożizzjoni tal-Parlament
Daniel Varela Suanzes-Carpegna avża bil-miktub bir-riżenja tiegħu minn Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 10 ta' Marzu 2009.
Bi qbil mal-Artikolu 4, paragrafi 1 u 7 tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ħa nota tal-post battal u informa lill-Istat Membru kkonċernat.
11. Progress tal-Proġett SIS II (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0005/2009) mressqa minn Carlos Coelho f'isem il-Grupp PPE-DE, Martine Roure f'isem il-Grupp PSE, u Henrik Lax f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kunsill: Is-Sitwazzjoni tas-SIS II (B6-0010/2009)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0006/2009) mressqa minn Carlos Coelho f'isem il-Grupp PPE-DE, Martine Roure f'isem il-Grupp PSE, u Henrik Lax f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: Is-Sitwazzjoni tas-SIS II (B6-0010/2009)
Carlos Coelho, Martine Roure u Henrik Lax għamlu l-mistoqsijiet bi tweġiba orali.
Alexandr Vondra (President fil-kariga tal-Kunsill) u Jacques Barrot (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġbu għall-mistoqsijiet.
Tkellmu: Marian-Jean Marinescu f'isem il-Grupp PPE-DE, u Genowefa Grabowska f'isem il-Grupp PSE.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Hubert Pirker, Mihael Brejc u Bernd Posselt.
Tkellmu: Alexandr Vondra u Jacques Barrot.
Id-dibattitu ngħalaq.
12. Rapport ta' segwitu 2008 dwar il-Kroazja - Rapport ta' segwitu 2008 dwar it-Turkija - Negozjati dwar l-adeżjoni tal-ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja fl-2008 (dibattitu)
Dikjarazzjonjiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Rapport ta' segwitu 2008 dwar il-Kroazja
Dikjarazzjonjiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Rapport ta' segwitu 2008 dwar it-Turkija
Dikjarazzjonjiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Negozjati dwar l-adeżjoni tal-ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja fl-2008
Alexandr Vondra (President fil-kariga tal-Kunsill) għamel id-dikjarazzjonijiet.
PRESIDENT: Miguel Angel MARTÍNEZ MARTÍNEZ Viċi President
Olli Rehn (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjonijiet.
Tkellmu: Hannes Swoboda, Ria Oomen-Ruijten, Erik Meijer, Bernd Posselt f'isem il-Grupp PPE-DE, Jan Marinus Wiersma f'isem il-Grupp PSE, István Szent-Iványi f'isem il-Grupp ALDE, Konrad Szymański f'isem il-Grupp UEN, Joost Lagendijk f'isem il-Grupp Verts/ALE, Adamos Adamou f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bastiaan Belder f'isem il-Grupp IND/DEM, Luca Romagnoli Membru mhux affiljat, Anna Ibrisagic, Józef Pinior u Charles Tannock.
PRESIDENT: Martine ROURE Viċi President
Tkellmu: Alexander Graf Lambsdorff, Mario Borghezio, Angelika Beer, Gerard Batten, Philip Claeys, Doris Pack, Libor Rouček, Jelko Kacin, Bogusław Rogalski, Sepp Kusstatscher, Hanne Dahl, Carl Lang, Pál Schmitt, Emine Bozkurt, Jim Allister, Antonios Trakatellis, Maria Eleni Koppa u Alojz Peterle.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Giorgos Dimitrakopoulos, Joel Hasse Ferreira, Metin Kazak, Bart Staes, Kyriacos Triantaphyllides u Marie Panayotopoulos-Cassiotou.
Tkellmu: Alexandr Vondra u Olli Rehn
Rapport ta' segwitu 2008 dwar il-Kroazja
Mozzjoni għal riżoluzzjoni biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Hannes Swoboda, f'isem il-Kumitat AFET, dwar ir-rapport ta’ progress tal-Kroazja għall-2008 (B6-0104/2009)
Rapport ta' segwitu 2008 dwar it-Turkija
Mozzjoni għal riżoluzzjoni biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Ria Oomen-Ruijten, f'isem il-Kumitat AFET, dwar ir-rapport tal-progress tat-Turkija għall-2008 (B6-0105/2009)
Negozjati dwar l-adeżjoni tal-ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja fl-2008
Mozzjoni għal riżoluzzjoni biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Erik Meijer, f'isem il-Kumitat AFET, dwar ir-rapport ta' progress tal-2008 fl-ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (B6-0106/2009)
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 7.9 tal-Minuti tat-12.03.2009, punt 7.10 tal-Minuti tat-12.03.2009 u punt 7.11 tal-Minuti tat-12.03.2009.
13. Mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għall-ex-Jugożlavja (dibattitu)
Rapport dwar proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar il-mandat tat-Tribunal Kriminali għall-ex-Jugożlavja [2008/2290(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Annemie Neyts-Uyttebroeck (A6-0112/2009)
Annemie Neyts-Uyttebroeck ippreżentat ir-rapport tagħha.
Tkellem Alexandr Vondra (President fil-kariga tal-Kunsill).
PRESIDENT: Diana WALLIS Viċi President
Tkellem Olli Rehn (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Ria Oomen-Ruijten f'isem il-Grupp PPE-DE, Richard Howitt f'isem il-Grupp PSE, Sarah Ludford f'isem il-Grupp ALDE, Jan Marinus Wiersma u Véronique De Keyser.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Alexandru Nazare u Bogusław Rogalski.
Tkellmu: Alexandr Vondra, Olli Rehn u Annemie Neyts-Uyttebroeck.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 7.12 tal-Minuti tat-12.03.2009.
14. Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet lill-Kunsill)
Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kunsill (B6-0009/2009).
Mistoqsija 1 (Marian Harkin): Titjib tal-kwalitá, tal-aċċessibilitá u tal-finanzjament tal-kura tas-saħħa għal tul ta' żmien twil.
Alexandr Vondra (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Kathy Sinnott (flok l-awtur) u Hubert Pirker.
Mistoqsija 2 (Brian Crowley): Il-qgħad fl-Ewropa.
Alexandr Vondra wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Brian Crowley, Gay Mitchell u Hubert Pirker.
Mistoqsija 3 (Mairead McGuinness): Disparità fl-istandards tal-produzzjoni fuq livell dinji.
Alexandr Vondra wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Mairead McGuinness u Jim Allister.
Mistoqsija 4 (Claude Moraes): Il-bidla fil-klima.
Alexandr Vondra wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Claude Moraes, Silvia-Adriana Ţicău u Avril Doyle.
Alexandr Vondra wieġeb għal mistoqsija kif ukoll għal mistoqsijiet supplimentari ta' Seán Ó Neachtain (flok l-awtur), Silvia-Adriana Ţicău u Jim Higgins.
Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)
Il-ħin tal-mistoqsijiet allokat għall-Kunsill intemm.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 19.10 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 21.00 )
PRESIDENT: Luisa MORGANTINI Viċi President
15. Green Paper dwar il-Ħaddiema tas-Saħħa fl-Ewropa (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Green Paper dwar il-Ħaddiema tas-Saħħa fl-Ewropa
Androulla Vassiliou (Membru tal-Kummissjoni) għamlet dikjarazzjoni .
Tkellmu: John Bowis f'isem il-Grupp PPE-DE, Jules Maaten f'isem il-Grupp ALDE, Bart Staes f'isem il-Grupp Verts/ALE, Konstantinos Droutsas f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Kathy Sinnott f'isem il-Grupp IND/DEM.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Nicodim Bulzesc, Ewa Tomaszewska, Colm Burke u Czesław Adam Siekierski.
Tkellmet Androulla Vassiliou.
Id-dibattitu ngħalaq.
16. Il-Ħames Forum Dinji dwar l-Ilma, Istanbul, 16-22 ta' Marzu 2003 (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0026/2009) mressqa minn Josep Borrell Fontelles, f'isem il-Kumitat DEVE, lill-Kummissjoni: Il-Ħames Forum Dinji tal-Ilma f'Istanbul, 16-22 ta' Marzu 2009 (B6-0015/2009)
Pierre Schapira (flok l-awtur) għamel il-mistoqsija bi tweġiba orali.
Androulla Vassiliou (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet għall-mistoqsija bi tweġiba orali
Tkellmu: José Ribeiro e Castro f'isem il-Grupp PPE-DE, Inés Ayala Sender f'isem il-Grupp PSE, Roberto Musacchio f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Filip Kaczmarek.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Czesław Adam Siekierski, Alessandro Battilocchio, Marie Anne Isler Béguin u John Bowis.
Tkellmet Androulla Vassiliou.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata fi tmiem id-dibattitu, skont l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura.
- Thijs Berman, f'isem il-Kumitat DEVE, dwar l-ilma fid-dawl tal-Ħames Forum Dinji dwar l-Ilma, Istanbul, mis-16 sat-22 ta' Marzu 2009 (B6-0113/2009).
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 7.13 tal-Minuti tat-12.03.2009.
17. Rapport Nru 10/2008 tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Għajnuna tal-KE għall-Iżvilupp fir-rigward tas-Servizzi tas-Saħħa fl-Afrika tas-Sub-Saħara (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0030/2009) mressqa minn Josep Borrell Fontelles, f'isem il-Kumitat DEVE, lill-Kummissjoni: Rapport Nru 10/2008 tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Għajnuna tal-KE għall-Iżvilupp fir-rigward tas-Servizzi tas-Saħħa fl-Afrika tas-Sub-Saħara (B6-0016/2009)
Anne Van Lancker (flok l-awtur) għamlet il-mistoqsija bi tweġiba orali.
Androulla Vassiliou (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet għall-mistoqsija bi tweġiba orali
Tkellmu: John Bowis f'isem il-Grupp PPE-DE, Bart Staes f'isem il-Grupp Verts/ALE, u José Ribeiro e Castro.
Tkellmet skont il-proċedura "catch the eye" Marie Anne Isler Béguin.
PRESIDENT: Manuel António dos SANTOS Viċi President
Tkellmet Androulla Vassiliou.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata fi tmiem id-dibattitu, skont l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura.
- Josep Borrell Fontelles, f'isem il-Kumitat DEVE, dwar approċċ għall-‘Għajnuna tal-KE għall-iżvilupp fir-rigward tas-servizzi tas-saħħa fl-Afrika tas-Sub-Saħara’ (B6-0114/2009).
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 7.14 tal-Minuti tat-12.03.2009.
18. L-implimentazzjoni taż-Żona Unika ta' Pagamenti bl-Euro (SEPA) (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0018/2009) mressqa minn Pervenche Berès, f'isem il-Kumitat ECON, lill-Kummissjoni: L-implimentazzjoni taz-Zona Unika ta' Pagamenti bl-Euro (SEPA) (B6-0013/2009)
Pervenche Berès għamel il-mistoqsija bi tweġiba orali.
Androulla Vassiliou (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet għall-mistoqsija bi tweġiba orali
Tkellem Jean-Paul Gauzès f'isem il-Grupp PPE-DE.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Margarita Starkevičiūtė u Paul Rübig.
Tkellmet Androulla Vassiliou.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata fi tmiem id-dibattitu, skont l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura.
- Pervenche Berès, f'isem il-Kumitat ECON, dwar l-implimentazzjoni taż-Żona Unika ta' Pagamenti bl-Euro (SEPA) (B6-0111/2009).
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa, skont l-Artikolu 91 tar-Regoli ta' Proċedura, mill-Kumitat AFET, dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja fix-Sri lanka (B6-0140/2009)
Tkellmu: Marie Anne Isler Béguin, f'isem il-Kumitat AFET, u Benita Ferrero-Waldner (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Charles Tannock f'isem il-Grupp PPE-DE, Robert Evans f'isem il-Grupp PSE, Marie Anne Isler Béguin f'isem il-Grupp Verts/ALE, Geoffrey Van Orden u Jo Leinen.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Paul Rübig, Erik Meijer, Michael Gahler u Robert Evans (Il-President fakkar fl-aspetti tekniċi tal-proċedura "catch the eye").
Tkellmet Benita Ferrero-Waldner.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 7.5 tal-Minuti tat-12.03.2009.
20. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 420.647/OJJE).