Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 24 ta' Marzu 2009 - Strasburgu

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 20.00
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 21.00 )

PRESIDENT: Martine ROURE
Viċi President

13. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet Latvjani kompetenti kienu avżaw bil-ħatra ta' Liene Liepiņa minflok Valdis Dombrovskis bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 19 ta' Marzu 2009.

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, peress li l-kredenzjali tagħha għadhom ma ġewx ivverifikati jew lanqas għadha ma ttieħdet deċiżjoni dwar xi kontestazzjoni eventwali, Liene Liepiņa ħadet postha fil-Parlament u fl-organi tiegħu u tgawdi mid-drittijiet kollha tagħha, bil-kundizzjoni li qabel kellha tiffirma dikjarazzjoni li ma twettaq l-ebda funzjoni li mhix kompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza