Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0057/2009) mressqa minn Marco Cappato f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: L-interoperabilità bejn iċ-chargers tal-mowbajls (B6-0225/2009)
Marco Cappato għamel il-mistoqsija bi tweġiba orali.
Günter Verheugen (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija bi tweġiba orali
Tkellmu: Paul Rübig f'isem il-Grupp PPE-DE, Silvia-Adriana Ţicău f'isem il-Grupp PSE, u Toine Manders f'isem il-Grupp ALDE.
Tkellem skont il-proċedura "catch the eye" Paul Rübig.