Rakkomandazzjoni għat-tieni qari rigward il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill bil-ħsieb li jiġi adottat Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għall-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari fir-rigward tal-introduzzjoni tal-bijometrika inklużi dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tar-riċezzjoni u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża [05329/1/2009 - C6-0088/2009 - 2006/0088(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Sarah Ludford (A6-0143/2009)
Sarah Ludford ippreżentat ir-rakkomandazzjoni għat-tieni qari.
Tkellmu: Ewa Klamt f'isem il-Grupp PPE-DE, Roselyne Lefrançois f'isem il-Grupp PSE, Tatjana Ždanoka f'isem il-Grupp Verts/ALE, Sylvia-Yvonne Kaufmann f'isem il-Grupp GUE/NGL, Gerard Batten f'isem il-Grupp IND/DEM, Carlos Coelho, Corina Creţu, Hubert Pirker, Silvia-Adriana Ţicău u Dushana Zdravkova.