Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid u li jemenda r-Regolament (KE) Nru XXX/XXXX [proċedura komuni] [COM(2007)0872 - C6-0027/2008 - 2008/0002(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Kartika Tamara Liotard (A6-0512/2008)
Kartika Tamara Liotard ippreżentat ir-rapport tagħha.
Tkellmu: Zuzana Roithová (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Philip Bushill-Matthews f'isem il-Grupp PPE-DE, Åsa Westlund f'isem il-Grupp PSE, Magor Imre Csibi f'isem il-Grupp ALDE, Zdzisław Zbigniew Podkański f'isem il-Grupp UEN, Hiltrud Breyer f'isem il-Grupp Verts/ALE, Renate Sommer, Csaba Sándor Tabajdi, Mojca Drčar Murko, Satu Hassi u Avril Doyle.
Tkellem skont il-proċedura "catch the eye" Czesław Adam Siekierski.
Tkellmu: Androulla Vassiliou u Kartika Tamara Liotard.