Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0014/2009) mressqa minn Ona Juknevičienė f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kunsill: Ftehima Kummerċjali Interim mat-Turkmenistan (B6-0017/2009)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0015/2009) mressqa minn Ona Juknevičienė f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: Ftehima Kummerċjali Interim mat-Turkmenistan (B6-0018/2009)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0024/2009) mressqa minn Jan Marinus Wiersma u Erika Mann f'isem il-Grupp PSE, Daniel Caspary u Robert Sturdy f'isem il-Grupp PPE-DE, Cristiana Muscardini u Eugenijus Maldeikis f'isem il-Grupp UEN, lill-Kunsill: Il-Ftehima Kummerċjali Interim (ITA) bejn l-UE u t-Turkmenistan (B6-0019/2009)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0025/2009) mressqa minn Jan Marinus Wiersma u Erika Mann f'isem il-Grupp PSE, Daniel Caspary u Robert Sturdy f'isem il-Grupp PPE-DE, Cristiana Muscardini u Eugenijus Maldeikis f'isem il-Grupp UEN, lill-Kummissjoni: Il-Ftehima Kummerċjali Interim (ITA) bejn l-UE u t-Turkmenistan (B6-0020/2009)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, fuq naħa, u it-Turkmenistan, fuq in-naħa l-oħra [05144/1999 - C5-0338/1999 - 1998/0304(CNS)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Daniel Caspary (A6-0085/2006)
Jan Marinus Wiersma għamel il-mistoqsijiet bi tweġiba orali.
PRESIDENT: Miguel Angel MARTÍNEZ MARTÍNEZ Viċi President
Bogusław Rogalski u Robert Sturdy għamlu l-mistoqsijiet bi tweġiba orali.
Daniel Caspary ippreżenta r-rapport tiegħu.
Alexandr Vondra (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsijiet bi tweġiba orali B6-0017/2009 u B6-0019/2009.
Benita Ferrero-Waldner (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsijiet bi tweġiba orali B6-0018/2009 u B6-0020/2009.
Tkellmu: Alexandru Nazare f'isem il-Grupp PPE-DE, Erika Mann f'isem il-Grupp PSE, Hélène Flautre f'isem il-Grupp Verts/ALE, Helmuth Markov f'isem il-Grupp GUE/NGL, David Martin, Søren Bo Søndergaard u Justas Vincas Paleckis.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Charles Tannock, Alessandro Battilocchio, Marie Anne Isler Béguin, Christopher Beazley u David Martin.
Tkellmu: Alexandr Vondra u Benita Ferrero-Waldner.
PRESIDENT: Manuel António dos SANTOS Viċi President
Tkellem Daniel Caspary.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Daniel Caspary u Robert Sturdy f'isem il-Grupp PPE-DE, Jan Marinus Wiersma u Erika Mann f'isem il-Grupp PSE, Cristiana Muscardini, Eugenijus Maldeikis, Hanna Foltyn-Kubicka u Adam Bielan f'isem il-Grupp UEN, Ona Juknevičienė f'isem il-Grupp ALDE, dwar il-Ftehima Kummerċjali Interim mat-Turkmenistan (B6-0150/2009)
- Daniel Cohn-Bendit, Hélène Flautre, Caroline Lucas u Cem Özdemir f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-Ftehima Kummerċjali Interim mat-Turkmenistan (B6-0160/2009)
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 4.8 tal-Minuti ta' 26.03.2009 u punt 4.9 tal-Minuti ta' 26.03.2009 .