4.6. L-impatt tal-urbanizzazzjoni estensiva fi Spanja fuq id-drittijiet individwali taċ-ċittadini Ewropej, fuq l-ambjent u fuq l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE, fuq il-bażi tal-petizzjonijiet li waslu(votazzjoni)
Rapport dwar l-impatt tal-urbanizzazzjoni estensiva fi Spanja fuq id-drittijiet individwali taċ-ċittadini Ewropej, fuq l-ambjent u fuq l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE, fuq il-bażi tal-petizzjonijiet li waslu [2008/2248(INI)] - Kumitat għall-Petizzjonijiet. Rapporteur: Margrete Auken (A6-0082/2009)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI ALTERNATTIVA Nru 1 (+ minn 40 Membru)
Rifjutata
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI ALTERNATTIVA Nru 2 (PSE)
- Michael Cashman, qabel il-votazzjoni, biex jindika li kien irtira l-firma tiegħu għall-mozzjoni għal riżoluzzjoni alternattiva Nru 2, u Margrete Auken (rapporteur) biex tappella lill-Parlament ħalli jirrifjuta ż-żewġ mozzjonijiet għal riżoluzzjoni alternattivi;
- Il-President, waqt il-votazzjoni, biex jindika li l-Grupp Vert/ALE kien irtira t-talba tiegħu ta' votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet dwar il-mozzjoni għal riżoluzzjoni alternattiva Nru 2.