Tkellmu:Daniel Caspary f'isem il-Grupp PPE-DE, li talab, bi qbil mal-Artikolu 170, Paragrafu 4, tar-Regoli ta' Proċedura, għar-rapport tal-votazzjoni finali dwar dan il-punt kif ukoll dwar il-punt ta' wara, u Jan Marinus Wiersma f'isem il-Grupp PSE, li jappoġġja din it-talba.
Il-Parlament approva din t-talba.
Tkellmet Hélène Flautre f'isem il-Grupp Verts/ALE, biex tressaq emenda orali (inżammet) għall-Emenda 2 (irrifjutata kif emendata).