Tkellem Marco Cappato, li talab li l-informazzjoni rigward l-attivitajiet tal-Membri fil-plenarja u fil-kumitati trid tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-internet tal-Parlament, skont il-pożizzjoni tal-Parlament tal-14 ta' Jannar 2009 (P6_TA(2009)0022) (Il-President wieġbu li l-Bureau se jiddiskuti din il-kwistjoni fil-laqgħa tiegħu li jmiss).
Tkellmet Anna Záborská, Chairperson tal-Kumitat FEMM, li talbet lill-President biex jesprimi n-nuqqas ta' approvazzjoni tal-Parlament dwar il-liġi msemmija "Liġi ġdida dwar il-familja Afgana" li ġiet iffirmata dan l-aħħar mill-President Afgan Hamid Karzai, u talbet li l-punt jiddaħħal fl-aġenda tal-perjodu li jmiss tas-sessjoni (Il-President ħa nota).