Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb tal-adozzjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess tas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (tfassil mill-ġdid) [11786/1/2008 - C6-0016/2009 - 2007/0097(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Mathieu Grosch (A6-0215/2009)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport stradali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE [11783/1/2008 - C6-0015/2009 - 2007/0098(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Silvia-Adriana Ţicău (A6-0210/2009)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija stradali (tfassil mill-ġdid) [11788/1/2008 - C6-0014/2009 - 2007/0099(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Mathieu Grosch (A6-0211/2009)
Mathieu Grosch u Silvia-Adriana Ţicău ippreżentaw ir-rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari.
Tkellmu: Pavel Svoboda (President tal-Kunsill) u Antonio Tajani (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Georg Jarzembowski f'isem il-Grupp PPE-DE, Brian Simpson f'isem il-Grupp PSE, Jeanine Hennis-Plasschaert f'isem il-Grupp ALDE, Roberts Zīle f'isem il-Grupp UEN, Georgios Toussas f'isem il-Grupp GUE/NGL, Johannes Blokland f'isem il-Grupp IND/DEM, Corien Wortmann-Kool, Gilles Savary, Dirk Sterckx, Michael Henry Nattrass, Dieter-Lebrecht Koch, Saïd El Khadraoui u Ari Vatanen.
Tkellem Pavel Svoboda.
PRESIDENT: Miguel Angel MARTÍNEZ MARTÍNEZ Viċi President
Tkellmu: Antonio Tajani, Dirk Sterckx, dwar l-iżvolġiment tad-dibattitu, Mathieu Grosch u Silvia-Adriana Ţicău.