13. Drittijiet tal-passiġġieri li jivvjaġġaw bil-baħar jew permezz tat-tbaħħir intern ***I - Id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew fuq l-ilmijiet interni navigabbli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi [COM(2008)0816 - C6-0476/2008 - 2008/0246(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Michel Teychenné (A6-0209/2009)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar ta' liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi [COM(2008)0817 - C6-0469/2008 - 2008/0237(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Gabriele Albertini (A6-0250/2009)
Michel Teychenné u Gabriele Albertini ippreżentaw ir-rapporti.
Tkellmu: Pavel Svoboda (President tal-Kunsill) u Antonio Tajani (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Georgios Papastamkos (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI), Georg Jarzembowski f'isem il-Grupp PPE-DE, Robert Evans f'isem il-Grupp PSE, Dirk Sterckx f'isem il-Grupp ALDE, Eva Lichtenberger f'isem il-Grupp Verts/ALE, Erik Meijer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Brian Simpson, Francesco Ferrari, Reinhard Rack, Emanuel Jardim Fernandes, Marian-Jean Marinescu u Marie Panayotopoulos-Cassiotou.
Tkellem skont il-proċedura "catch the eye" Christian Rovsing.
Tkellmu: Pavel Svoboda u Antonio Tajani.
PRESIDENT: Manuel António dos SANTOS Viċi President