Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 23 ta' April 2009 - Strasburgu

PRESIDENT: Alejo VIDAL-QUADRAS
Viċi President

6. Ħin tal-votazzjonijiet
Rapporti Verbatim

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.

Tkellem Daniel Cohn-Bendit li, fil-perspettiva tal-votazzjoni dwar ir-rapport Casaca (A6-0184/2009) dwar il-kwittanza 2007 – Parlament Ewropew, u fuq il-bażi tal-Artikolu 1, Anness I, tar-Regoli ta' Proċedura, stieden lill-President biex jitlob li l-Membri li għandhom interess finanzjarju dirett fl-affari li qed tiġi diskussa biex dan jindikawh.

Tkellem Gary Titley li, fuq il-bażi tal-Artikolu 28(2) tar-Regoli ta' Proċedura, talab li jirċievi tweġiba għall-mistoqsija bil-miktub li kien għamel lill-President tal-Parlament nhar id-19 ta' Marzu 2009.

Tkellmet Silvana Koch-Mehrin li rringrazzjat lill-Membri kollha li ffirmaw id-Dikjarazzjoni bil-Miktub 0001/2009.

Tkellmu: Luigi Cocilovo, Hans-Peter Martin, Martin Schulz, Gerard Batten u Ewa Tomaszewska dwar it-talba li ressaq Daniel Cohn-Bendit.

Il-President wieġeb lil Gary Titley li t-talba tiegħu se tintbagħat lil-President tal-Parlament, u lil Daniel Cohn-Bendit li kull Membru li jixtieq jagħmel dikjarazzjoni ta' interessi finanzjarji jista' jagħmilha.


6.1. Kwittanza 2007: il-Parlament Ewropew (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

6.2. Kwittanza 2007: il-Qorti tal-Ġustizzja (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

6.3. Kwittanza 2007: il-Qorti tal-Awdituri (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

6.4. Kwittanza 2007: l-Ombudsman Ewropew (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

6.5. Kwittanza 2007: il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

6.6. Kwittanza 2007: Il-Eurojust (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

6.7. Kwittanza 2007: L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

6.8. Kwittanza 2007: L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

6.9. Kwittanza 2007: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni (Frontex) (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

6.10. Kwittanza 2007: Iċ-Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

6.11. Kwittanza 2007: Iċ-Ċentru Ewropew għas-Sorveljanza tad-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

6.12. Kwittanza 2007: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

6.13. Kwittanza 2007: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

6.14. Kwittanza 2007: il-Kunsill (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

6.15. L-Immaniġġjar u l-Kontroll Finanzjarju tal-Aġenziji Ewropej (Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Avviż legali - Politika tal-privatezza