Il-President għamel dikjarazzjoni fl-okkażjoni tal-ħames anniversarju tat-tkabbir tal-UE għal għaxar pajjiżi ġodda fl-2004.
° ° ° °
Il-President għamel dikjarazzjoni li fiha esprima t-tħassib tiegħu dwar id-destin tal-ġurnalista Amerikana-Iranjana Roxana Saberi, li attwalment qiegħda fil-ħabs fl-Iran. F'isem il-Parlament, ingħaqad mal-Presidenza fil-kariga tal-Kunsill, kif ukoll mal-Presidenza tal-Istati Uniti, biex l-awtoritajiet Iranjani jintalbu jeħilsu immedjatament u bla kundizzjonijiet lil Roxana Saberi.
Barra minn hekk, ipprotesta kontra l-eżekuzzjoni fl-Iran ta' mara kkundannata għal reat li wettqet meta kienet minorenni.
° ° ° °
Il-President esprima s-solidarjetà tal-Parlament mar-Reġina tal-Olanda, kif ukoll mal-poplu Olandiż, wara l-avvenimenti li seħħew f'Apeldoorn nhar it-30 ta' April 2009, li ħallew diversi vittmi.
3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.
Tkellem Johannes Blokland dwar l-aħħar punt tad-Dikjarazzjoni tal-President.
4. Verifika tal-kredenzjali
Il-President avża li, fid-deċiżjoni tagħha tat-30 ta' April 2009 dwar il-Kawżi magħquda C-393/07 (ir-Repubblika Taljan vs. il-Parlament Ewropew) u C-9/08 (Beniamino Donnici vs. il-Parlament Ewropew), il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat u adottat dan li ġej:
"Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew 2007/2121 (REG), tal-24 ta’ Mejju 2007, fuq il-verifika tal-kredenzjali ta’ Beniamino Donnici, hija annullata".
F'dak li għandu x'jaqsam mal-kredenzjali ta' Beniamino Donnici, is-sitwazzjoni legali li kienet teżisti eżatt qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni annullata, għalhekk qed terġa' tiġi stabbilita. Għaldaqstant, jirriżulta mid-deċiżjoni mogħtija mill-Qorti li l-Parlament Ewropew hu marbut li jerġa' jivverifika l-kredenzjali ta' Beniamino Donnici.
Il-Kumitat JURI, li hu l-kumitat responsabbli f'dan il-qasam, għaldaqstant qed jerġa' jiġi interpellat dwar il-kwistjoni.
5. Iffirmar tal-atti adottati b'kodeċiżjoni.
Il-President ħabbar li nhar l-Erbgħa, flimkien mal-President tal-Kunsill, se jiffirma l-atti li ġejjin, adottat b'kodeċiżjoni skont l-Artikolu 68 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà ta' investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija u fl-enerġija rinovabbli fid-djar (03619/2009/LEX - C6-0159/2009 - 2008/0245(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1081/2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew biex jestendi t-tipi ta' spejjeż eliġibbli għal kontribut mill-FSE (03618/2009/LEX - C6-0160/2009 - 2008/0232(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-oġġetti ta' l-ikel għal użu ta' nutriment partikolari (tfassil mill-ġdid) (03697/2008/LEX - C6-0161/2009 - 2008/0003(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu konfinat ta’ mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (tfassil mill-ġdid) (03714/2008/LEX - C6-0162/2009 - 2007/0259(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (verżjoni kodifikata) (03602/2009/LEX - C6-0163/2009 - 2008/0126(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet tal-kondizzjoni ta' vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (Tfassil mill-ġdid) (03699/2008/LEX - C6-0164/2009 - 2008/0044(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċeduri komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (03627/2009/LEX - C6-0165/2009 - 2007/0064(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (03638/2009/LEX - C6-0166/2009 - 2007/0233(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni tal-impjegati (tfassil mill-ġdid) (03731/2008/LEX - C6-0167/2009 - 2008/0141(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu (03742/2008/LEX - C6-0168/2009 - 2008/0082(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fil-komunità (03732/2008/LEX - C6-0169/2009 - 2007/0279(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (tfassil mill-ġdid) (03715/2008/LEX - C6-0170/2009 - 2007/0288(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (tfassil mill-ġdid) (03710/2008/LEX - C6-0171/2009 - 2007/0257(COD))
- Regolament -Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u l-bijometrika f'passaporti u dokumenti ta' l-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (03606/2009/LEX - C6-0172/2009 - 2007/0216(COD))
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE rigward ir-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu tad-diklorometan (03610/2009/LEX - C6-0173/2009 - 2008/0033(COD))
6. Corrigenda (Artikolu 204a tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-kumitat kompetenti bagħat il-corrigenda li ġejjin għal testi adottati mill-Parlament Ewropew
- Corrigendum tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Novembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sedil tas-sewwieq ta’ trakters bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (verżjoni kodifikata) – P6_TA(2008)0532- (COM(2008)0351 – C6-0243/2008 – 2008/0115(COD)) - JURI
- Corrigendum għal pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-24 ta' Marzu 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (verżjoni kodifikata) – P6_TA-PROV(2009)0147- (COM(2008)0690 – C6-0414/2008 – 2008/0213(COD)) - JURI
Bi qbil mal-Artikolu 204a(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn il-corrigendajitqiesu appruvati sakemm fi żmien tmienja u erbgħin siegħa mit-tħabbir tagħhom, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarhom.
Il-corrigendahuma disponibbli fuq is-sit Séance en direct.
7. Avviż mill-President
Il-President għarraf li, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta' Proċedura dwar ħidma mhux mitmuma fi tmiem il-leġiżlatura (Artikolu 203), il-Parlament dejjem segwa l-prattika li jiddikjara li l-mistoqsijiet kollha b'talba ta' tweġiba bil-miktub li ma jkunux irċevew tweġiba sal-aħħar ġurnata tal-aħħar sessjoni tal-leġiżlatura jkunu waqgħu.
Madankollu, irrimarka li, kif diġà ġie enfasizzat mill-President Cox waqt l-egħluq tal-5 leġiżlatura, minħabba l-mod kif inhu mfassal attwalment l-Artikolu 203 tar-Regoli ta' Proċedura, din il-prattika m'għad għandha l-ebda bażi regolamentari.
Il-President għalhekk talab li ll-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħtu tweġiba għall-mistoqsijiet kollha b'talba ta' tweġiba bil-miktub imressqa mill-Membri sa tmiem is-sessjoni preżenti (7 ta' Mejju 2009).
8. Dokumenti mressqa
Tressqu dawn d-dokumenti li ġejjin:
1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 16/2009 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N6-0019/2009 - C6-0154/2009 - 2009/2043(GBD))
irreferut
responsabbli :
BUDG
- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 għas-sena finanzjarja 2009 stabbilit mill-Kunsill fis-27 ta' April 2009 (09126/2009 - C6-0156/2009 - 2009/2039(BUD))
irreferut
responsabbli :
BUDG
- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 għas-sena finanzjarja 2009 stabbilit mill-Kunsill fis-27 ta' April 2009 (09127/2009 - C6-0157/2009 - 2009/2040(BUD))
irreferut
responsabbli :
BUDG
2) mill-kumitati parlamentari
2.1) rapporti:
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (riformulazzjoni) (COM(2008)0778 - C6-0412/2008 - 2008/0222(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Anni Podimata (A6-0146/2009)
- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (COM(2008)0553 - C6-0451/2008 - 2008/0180(CNS)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Janusz Wojciechowski (A6-0185/2009)
- Rapport dwar ir-rapport speċjali tal-Ombudsman Ewropew lill-Parlament Ewropew bħala segwitu għall-Abbozz ta’ Rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea fl-Ilment 185/2005/ELB (2009/2016(INI)) - Kumitat PETI - Rapporteur: Miguel Angel Martínez Martínez (A6-0201/2009)
- * Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jirrevoka 14–il Regolament li m'għadx hemm bżonnhom fil-qasam tal-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2009)0089 - C6-0095/2009 - 2009/0024(CNS)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Philippe Morillon (A6-0202/2009)
- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tħassar d-Direttiva 83/515/KEE u 11-il deċiżjoni skaduta fil-qasam tal-politika komunitarja tas-sajd (COM(2009)0088 - C6-0094/2009 - 2009/0022(CNS)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Philippe Morillon (A6-0203/2009)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istadju II ta' rkupru tal-fwar tal-petrol waqt il-forniment tal-karburant tal-karozzi għall-passiġġieri fi stazzjonijiet tas-servizz (COM(2008)0812 - C6-0470/2008 - 2008/0229(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Dimitrios Papadimoulis (A6-0208/2009)
- Rapport dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fir-relazzjonijiet barranin tal-UE u fil-konsolidazzjoni tal-paċi u tal-istrutturi tal-Istat (2008/2198(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Libor Rouček (A6-0225/2009)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f’attività b’kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom u li tirrevoka d-Direttiva 86/613/KEE (COM(2008)0636 - C6-0341/2008 - 2008/0192(COD)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Astrid Lulling (A6-0258/2009)
- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (COM(2009)0038 - C6-0051/2009 - 2009/0011(CNS)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Petya Stavreva (A6-0259/2009)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm ta' kooperazzjoni fil-qasam awdjoviżiv ma' nies professjonisti minn pajjiżi terzi msejjaħ “MEDIA Mundus” (COM(2008)0892 - C6-0011/2009 - 2008/0258(COD)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Ruth Hieronymi (A6-0260/2009)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Komunità għall-proġetti fil-qasam tal-enerġija. (COM(2009)0035 - C6-0049/2009 - 2009/0010(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Eugenijus Maldeikis (A6-0261/2009)
- Rapport bi proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar l-iżvilupp ta’ żona tal-UE għall-ġustizzja kriminali (2009/2012(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Maria Grazia Pagano (A6-0262/2009)
- Rapport dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (2008/2335(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Jean Lambert (A6-0263/2009)
- Rapport dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja 2008 u l-Politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (2008/2336(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Raimon Obiols I Germà (A6-0264/2009)
- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura għan-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet bilaterali bejn Stati Membri u pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet settorjali u li jkopru l-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi u deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali, ir-responsabilità tal-ġenituri u l-obbligi tal-manteniment, u l-liġi applikabbli fi kwistjonijiet marbuta mal-obbligi tal-manteniment (COM(2008)0894 - C6-0035/2009 - 2008/0266(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Gérard Deprez (A6-0265/2009)
- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (COM(2009)0150 - C6-0115/2009 - 2009/2033(ACI)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Reimer Böge (A6-0266/2009)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (COM(2008)0637 - C6-0340/2008 - 2008/0193(COD)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Edite Estrela (A6-0267/2009)
- Abbozz ta' rapport dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Umberto Bossi (2009/2020(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Klaus-Heiner Lehne (A6-0269/2009)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura għan-negozjar u l-konklużjoni ta' ftehimiet bilaterali bejn Stati Membri i pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet settorjali u li jkopru l-liġi applikabbli fl-obbligi kuntrattwali u nonkuntrattwali (COM(2008)0893 - C6-0001/2009 - 2008/0259(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Tadeusz Zwiefka (A6-0270/2009)
- Rapport dwar ir-reviżjoni ġenerali tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament (2007/2124(REG)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Richard Corbett (A6-0273/2009)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità (COM(2009)0121 - C6-0097/2009 - 2009/0042(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Paolo Costa (A6-0274/2009)
- Rapport dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2010 (2009/2006(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Vladimír Maňka (A6-0275/2009)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar biex temenda d-Direttiva tal-Kunsill 87/372/KEE dwar il-firxiet ta' frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni koordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli ċellulari diġitali terrestri pubbliċi pan-Ewropej fil-Komunità (COM(2008)0762 - C6-0452/2008 - 2008/0214(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Francisca Pleguezuelos Aguilar (A6-0276/2009)
- Rapport dwar il-proposta emendata għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali (2007-2013) (COM(2008)0859 - 2008/2332(ACI)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Reimer Böge (A6-0278/2009)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Uffiċċju ta’ Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil (COM(2009)0066 - C6-0071/2009 - 2009/0027(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Jean Lambert (A6-0279/2009)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 permezz tat-tneħħija tal-finanzjament ta' ċerti azzjonijiet Komunitarji u l-bidla tal-limiti għall-finanzjament tagħhom (COM(2009)0067 - C6-0070/2009 - 2009/0026(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Bárbara Dührkop Dührkop (A6-0280/2009)
- Rapport dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 4/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (2009/2039(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Jutta Haug (A6-0281/2009)
- Rapport dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 5/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (2009/2040(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Jutta Haug (A6-0282/2009)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' 'Eurodac' għall-paragun tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) No […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat] (Riformulazzjoni) (COM(2008)0825 - C6-0475/2008 - 2008/0242(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Nicolae Vlad Popa (A6-0283/2009)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0820 - C6-0474/2008 - 2008/0243(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Jeanine Hennis-Plasschaert (A6-0284/2009)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards minimi dwar l-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0815 - C6-0477/2008 - 2008/0244(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Antonio Masip Hidalgo (A6-0285/2009)
- Rapport dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Aldo Patriciello (2009/2021(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Aloyzas Sakalas (A6-0286/2009)
2.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari:
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill biex tiġi adottata Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet għall-protezzjoni tal-konsumatur (16497/1/2008 - C6-0068/2009 - 2007/0248(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Malcolm Harbour (A6-0257/2009)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Grupp ta' Regolaturi Ewropew fit-Telekomunikazzjonijiet (GRET) (16498/1/2008 - C6-0067/2009 - 2007/0249(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Pilar Del Castillo Vera (A6-0271/2009)
- ***II Abbozz ta' rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (16496/1/2008 - C6-0066/2009 - 2007/0247(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Catherine Trautmann (A6-0272/2009)
3) mill-Membri
3.1) mistoqsijiet bi tweġiba orali (Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura) (B6-0231/2009)
3.2) mozzjonijiet għal riżoluzzjoni (Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Salvador Garriga Polledo. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar is-Sena Ewropa tal-Ħaddiem Indipendenti (B6-0257/2009)
irreferut
responsabbli :
EMPL
9. Mistoqsijiet bi tweġiba orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)
Id-dokumenti msemmija hawn taħt tressqu mill-Membri
1) mistoqsijiet bi tweġiba orali (Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura):
- (O-0067/2009) mressqa minn Astrid Lulling, Jean-Pierre Audy, Joseph Daul, Françoise Grossetête, Véronique Mathieu, Elisabeth Morin, Margie Sudre, Oldřich Vlasák u Dominique Vlasto f'isem il-Grupp PPE-DE, Patrick Louis f'isem il-Grupp IND/DEM, Jean Marie Beaupuy, Anne Laperrouze, Nathalie Griesbeck u Marielle De Sarnez f'isem il-Grupp ALDE, Sergio Berlato, Cristiana Muscardini, Roberta Angelilli, Domenico Antonio Basile, Alessandro Foglietta, Antonio Mussa, Sebastiano (Nello) Musumeci, Giovanni Robusti, Umberto Pirilli u Salvatore Tatarella f'isem il-Grupp UEN, lill-Kummissjoni: L-inbejjed rosé u l-prattiki enoloġiċi awtorizzata (B6-0228/2009)
- (O-0068/2009) mressqa minn Luis Manuel Capoulas Santos, Katerina Batzeli, Vincent Peillon, Vincenzo Lavarra, Stéphane Le Foll u Alessandro Battilocchio f'isem il-Grupp PSE, lill-Kummissjoni: L-inbejjed rosé u l-prattiki enoloġiċi awtorizzata (B6-0229/2009)
- (O-0071/2009) mressqa minn Miroslav Ouzký u Guido Sacconi, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni dwar ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), fir-rigward tal-Anness XVII (B6-0230/2009)
- (O-0076/2009/rev.1) mressqa minn Arlene McCarthy, f'isem il-Kumitat IMCO, lill-Kummissjoni: Proposta għal Direttiva dwar Drittijiet tal-Konsumatur (B6-0232/2009)
10. Azzjoni meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjoni parzjali ta' Diċembru II 2008 hija disponibbli fuq is-sit Séance en direct.
11. Petizzjonijiet
Il-petizzjonijiet imsemmija hawn taħt, li kienu tniżżlu fir-reġistru fid-dati li jidhru hawn isfel, ġew mgħoddija lill-kumitat ikkonċernat skont l-Artikolu 191(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
Data: 30 ta' April 2009
Minn Wendy Clark (Port Services (Invergordon) Ltd.) (nru 0454/2009); minn Christian Guittet (nru 0455/2009); minn Guergiev Nicolay Metodiev (100 firma) (nru 0456/2009); minn (Isem Kunfidenzjali) (nru 0457/2009); minn Tomás Sharkey (nru 0458/2009); minn Sergio Niola (nru 0459/2009); minn (Isem Kunfidenzjali) (nru 0460/2009); minn Maria Boicu (nru 0461/2009); minn Ion Vlad (nru 0462/2009); minn Tomasz Brzdak (nru 0463/2009); minn Mihail Vrabie (nru 0464/2009); minn Christopher Henrich (nru 0465/2009); minn (Isem Kunfidenzjali) (nru 0466/2009); minn Andrés Mantilla minn los Rios Vergara (nru 0467/2009); minn Roswitha Vorpahl (2 firem) (nru 0468/2009); minn J.W.A. Baetens (nru 0469/2009); minn (Isem Kunfidenzjali) (nru 0470/2009); minn (Isem Kunfidenzjali) (nru 0471/2009); minn Paula Healy (nru 0472/2009); minn Raffaele Mancuso (nru 0473/2009); minn Wilco Willemse (MakelaarsPunt Nederland) (nru 0474/2009); minn (Isem Kunfidenzjali) (nru 0475/2009); minn Corinna Hanseler (nru 0476/2009); minn Santa Valentina Della (nru 0477/2009); minn April Gabriele Wesenauer-Wagner (nru 0478/2009); minn Ross Manser (nru 0479/2009); minn Maximino Sousa Pérez (Autoescuela Sousa Sociedad Civil) (nru 0480/2009); minn Juan José Cabana Rey (Asociación Etnográfica e da Natureza Amigos e Amigas do río Baa) (nru 0481/2009); minn Suzanne Wyatt (792 firma) (nru 0482/2009); minn Antonio Palma (Asociación "Turo minn la Rovira") (nru 0483/2009); minn José Alberto Escolar Escolar (nru 0484/2009).
12. Trasferiment ta' approprjazzjonijiet
Il-Kumitat għall-Baġits evalwa l-proposta ta' trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 02/2009 tal-Kummissjoni Ewropea (N6-0011/2009 - C6-0106/2009 - 2009/2030(GBD)).
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill, awtorizza t-trasferiment kollu kemm hu bi qbil mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.
° ° ° °
Il-Kumitat għall-Baġits evalwa l-proposta ta' trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 03/2009 tal-Kummissjoni Ewropea (N6-0006/2009 - C6-0098/2009 - 2009/2023(GBD)).
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill, awtorizza t-trasferiment kollu kemm hu bi qbil mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.
° ° ° °
Il-Kumitat għall-Baġits evalwa l-proposta ta' trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 04/2009 tal-Kummissjoni Ewropea (N6-0008/2009 - C6-0100/2009 - 2009/2025(GBD)).
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill, awtorizza t-trasferiment kollu kemm hu bi qbil mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.
° ° ° °
Il-Kumitat għall-Baġits evalwa l-proposta ta' trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 07/2009 tal-Kummissjoni Ewropea (N6-0007/2009 - C6-0099/2009 - 2009/2024(GBD)).
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill, ċaħad it-trasferiment kollu kemm hu bi qbil mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.
° ° ° °
Il-Kumitat għall-Baġits evalwa l-proposta ta' trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 08/2009 tal-Kummissjoni Ewropea (N6-0009/2009 - C6-0104/2009 - 2009/2027(GBD)).
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill, awtorizza t-trasferiment kollu kemm hu bi qbil mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.
° ° ° °
Il-Kumitat għall-Baġits evalwa l-proposta ta' trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 09/2009 tal-Kummissjoni Ewropea (N6-0009/2009 - C6-0104/2009 - 2009/2027(GBD)).
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill, awtorizza t-trasferiment kollu kemm hu bi qbil mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.
° ° ° °
Il-Kumitat għall-Baġits evalwa l-proposta ta' trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 10/2009 tal-Kummissjoni Ewropea (N6-0013/2009 - C6-0113/2009 - 2009/2032(GBD)).
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill, awtorizza t-trasferiment kollu kemm hu bi qbil mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.
13. Ordni tas-seduta
Il-punt li jmiss kien l-ordni tas-seduta.
L-abbozz finali tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Mejju 2009 (PE 423.628 PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet msemmija hawn taħt (Artikolu 132 tar-Regoli ta' Proċedura):
it-Tnejn, It-Tlieta
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
L-Erbgħa
Talba tal-Grupp GUE/NGL biex id-dibattitu konġunt dwar it-Trattat ta' Lisbona (punti 64, 65, 66, 67 u 68 tal-Abbozz tal-Aġenda).
Tkellmu: Mary Lou McDonald f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, u Daniel Cohn-Bendit f'isem il-Grupp Verts/ALE.
Premezz ta' VSI (11 favur, 147 kontra, 4 astensjonijiet) il-Parlament ċaħad it-talba.
Talba tal-Grupp GUE/NGL biex tiddaħħal fl-Aġenda Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Green Paper dwar il-politika komuni dwar is-sajd.
Tkellmu: Pedro Guerreiro f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifika t-talba, u Philippe Morillon, President tal-Kumitat PECH.
Il-Parlament ma laqax din it-talba.
Il-Ħamis
Dibattiti dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat ta' dritt (Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura):
Talba tal-Grupp PPE-DE biex il-punt “Fiji” (punt 82 tal-Abbozz tal-Aġenda) jiġi sostitwit minn punt “Iran: il-każ ta' Roxana Saberi".
Talba tal-Grupp GUE/NGL, biex il-punt “Il-Veneżwela - il-każ ta' Manuel Rosales” (punt 84 tal-Abbozz tal-Aġenda) jiġi sostitwit minn punt “Iran: il-każ ta' Roxana Saberi".
Il-Parlament approva t-talba permezz ta' VE (106 favur, 57 kontra, 3 astensjonijiet) tal-Grupp PPE-DE.
It-talba tal-Grupp GUE/NGL waqgħet.
° ° ° °
Hekk ġiet stabbilita l-ordni tas-seduta.
14. Diskorsi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 144 tar-Regoli ta' Proċedura:
Tunne Kelam, Glyn Ford, Bill Newton Dunn, Ewa Tomaszewska, Milan Horáček, Urszula Krupa, Ashley Mote, Ljudmila Novak, Richard Corbett, Chris Davies, Bernard Wojciechowski, Avril Doyle, Pierre Pribetich, Jelko Kacin, Zita Pleštinská, Marusya Ivanova Lyubcheva, Marco Pannella, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Silvia-Adriana Ţicău, Thomas Wise, Csaba Sándor Tabajdi, Charles Tannock, Marco Pannella u Neena Gill.
Androulla Vassiliou (Membru tal-Kummissjoni) għamel dikjarazzjoni.
PRESIDENT: Manuel António dos SANTOS Viċi President
Tkellmu: Antonios Trakatellis f'isem il-Grupp PPE-DE, Jules Maaten f'isem il-Grupp ALDE, Bart Staes f'isem il-Grupp Verts/ALE, Urszula Krupa f'isem il-Grupp IND/DEM, Irena Belohorská Membru mhux affiljata, Cristina Gutiérrez-Cortines u Françoise Grossetête.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Paul Rübig, Adamos Adamou u Horst Schnellhardt.
Tkellem Androulla Vassiliou.
Id-dibattitu ngħalaq.
16. Trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel li jaħdmu għal rashom ***I - Titjib tas-sikurezza u tas-saħħa fil-post tax-xogħol tan-nisa tqal u tal-ħaddiema li welldu riċentement jew li qed ireddgħu ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f’attività b'kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom u li tirrevoka d-Direttiva 86/613/KEE [COM(2008)0636 - C6-0341/2008 - 2008/0192(COD)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Astrid Lulling (A6-0258/2009)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta' mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu [COM(2008)0637 - C6-0340/2008 - 2008/0193(COD)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Edite Estrela (A6-0267/2009)
Astrid Lulling u Edite Estrela ippreżentaw ir-rapporti.
Tkellem Vladimír Špidla (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Joel Hasse Ferreira (bħala sostitut tar-rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Luigi Cocilovo (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI), Maria Petre f'isem il-Grupp PPE-DE, Lissy Gröner f'isem il-Grupp PSE, Claire Gibault f'isem il-Grupp ALDE, Ewa Tomaszewska f'isem il-Grupp UEN, Raül Romeva i Rueda f'isem il-Grupp Verts/ALE, Věra Flasarová f'isem il-Grupp GUE/NGL, Irena Belohorská Membru mhux affiljata, Edit Bauer, Anne Van Lancker, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Gabriela Creţu, Ria Oomen-Ruijten u Marusya Ivanova Lyubcheva.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Christa Klaß, Ljudmila Novak, Ilda Figueiredo, Zita Pleštinská u Siiri Oviir.
Tkellem Vladimír Špidla.
PRESIDENT: Rodi KRATSA-TSAGAROPOULOU Viċi President
17. Aspetti tal-immaniġġjar tal-ħinijiet tax-xogħol ***III (dibattitu)
Proċedura ta' konċiljazzjoni rigward il-modifika tad-Direttiva 2003/88/KE dwar ċerti aspetti ta’ l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol [2004/0209(COD)]
Dikjarazzjoni tal-President tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni
Mechtild Rothe, President tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għamlet id-dikjarazzjoni.
Tkellmu: Michal Sedláček (President tal-Kunsill) u Vladimír Špidla (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Hartmut Nassauer f'isem il-Grupp PPE-DE, Alejandro Cercas f'isem il-Grupp PSE, Elizabeth Lynne f'isem il-Grupp ALDE, Elisabeth Schroedter f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ilda Figueiredo f'isem il-Grupp GUE/NGL, Derek Roland Clark f'isem il-Grupp IND/DEM, José Albino Silva Peneda, Jan Andersson, Bernard Lehideux, Dimitrios Papadimoulis, Edit Bauer, Roberto Musacchio, Juan Andrés Naranjo Escobar, Philip Bushill-Matthews u Jacek Protasiewicz.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Stephen Hughes, Ewa Tomaszewska u Jan Cremers.
Tkellmu: Michal Sedláček, Vladimír Špidla u Mechtild Rothe.
Id-dibattitu ngħalaq.
18. Aġenda
Il-President avżat li l-Grupp Vert/ALE, bi qbil mal-Artikolu 168 tar-Regoli ta' Proċedura, talab li r-rapport Richard Corbett dwar ir-reviżjoni ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament (A6-0273/2009) jintbagħat lura lill-kumitat.
Il-votazzjoni dwar din it-talba se ssir għada filgħaxija, qabel ma' jinfetaħ id-dibattitu dwar dan ir-rapport.
19. L-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/15/KE dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq [COM(2008)0650 - C6-0354/2008 - 2008/0195(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Marie Panayotopoulos-Cassiotou (A6-0120/2009)
Marie Panayotopoulos-Cassiotou ippreżentat ir-rapport tagħha.
Tkellem Antonio Tajani (Viċi President tal-Kummissjoni).
PRESIDENT: Luisa MORGANTINI Viċi President
Tkellmu: Johannes Blokland (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), Eva-Riitta Siitonen f'isem il-Grupp PPE-DE, Jan Cremers f'isem il-Grupp PSE, Bilyana Ilieva Raeva f'isem il-Grupp ALDE, Sepp Kusstatscher f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Stephen Hughes.
Tkellem skont il-proċedura "catch the eye" Ville Itälä.
Tkellmu: Antonio Tajani u Marie Panayotopoulos-Cassiotou.
20. Estimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Parlament Ewropew għall-eżerċizzju tal-2010 (dibattitu)
Rapport dwar estimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Parlament Ewropew għall-eżerċizzju tal-2010 [2009/2006(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Vladimír Maňka (A6-0275/2009)
Vladimír Maňka ippreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellmu: Margaritis Schinas f'isem il-Grupp PPE-DE, u Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk f'isem il-Grupp UEN.
Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki [COM(2008)0469 - C6-0295/2008 - 2008/0160(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Diana Wallis (A6-0118/2009)
Diana Wallis ippreżentat ir-rapport tagħha.
Tkellem Stavros Dimas (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Frieda Brepoels (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Véronique Mathieu (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Malcolm Harbour f'isem il-Grupp PPE-DE, Arlene McCarthy f'isem il-Grupp PSE, Toine Manders f'isem il-Grupp ALDE, Leopold Józef Rutowicz f'isem il-Grupp UEN, Heide Rühle f'isem il-Grupp Verts/ALE, Kartika Tamara Liotard f'isem il-Grupp GUE/NGL, Hélène Goudin f'isem il-Grupp IND/DEM, u Jan Cremers.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Peter Šťastný, Carl Schlyter, Christian Rovsing, Caroline Lucas, Avril Doyle u Marios Matsakis.
22. Il-protezzjoni tal-annimali użati għal raġunijiet xjentifiċi ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal għanijiet xjentifiċi [COM(2008)0543 - C6-0391/2008 - 2008/0211(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Neil Parish (A6-0240/2009)
Neil Parish ippreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellem Stavros Dimas (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Marios Matsakis (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Esko Seppänen (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE) u Elisabeth Jeggle f'isem il-Grupp PPE-DE.
PRESIDENT: Edward McMILLAN-SCOTT Viċi President
Tkellmu: Roselyne Lefrançois f'isem il-Grupp PSE, Jorgo Chatzimarkakis f'isem il-Grupp ALDE, Kartika Tamara Liotard f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bastiaan Belder f'isem il-Grupp IND/DEM, Françoise Grossetête u Luis Manuel Capoulas Santos.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Zuzana Roithová u Caroline Lucas.
23. It-tniġġis ikkawżat minn vapuri u sanzjonijiet għal ksur tal-liġi ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-direttiva 2005/35/KE dwar it-tniġġiż ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur [COM(2008)0134 - C6-0142/2008 - 2008/0055(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Luis de Grandes Pascual (A6-0080/2009)
Luis de Grandes Pascual ippreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellem Antonio Tajani (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Marios Matsakis (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Eva Lichtenberger (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI), Georg Jarzembowski f'isem il-Grupp PPE-DE, Silvia-Adriana Ţicău f'isem il-Grupp PSE, Marusya Ivanova Lyubcheva, Antonio Tajani u Luis de Grandes Pascual.
Mistoqsija bi tweġiba orali ((O-0076/2009) imressqa minn Arlene McCarthy, f'isem il-Kumitat IMCO, lill-Kummissjoni: Proposta għal Direttiva dwar Drittijiet tal-Konsumatur (B6-0232/2009)
Arlene McCarthy għamlet il-mistoqsija bi tweġiba orali.
Meglena Kuneva (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet għall-mistoqsija bi tweġiba orali
Tkellmu: Malcolm Harbour f'isem il-Grupp PPE-DE, u Jacques Toubon.
Tkellmet skont il-proċedura "catch the eye" Charlotte Cederschiöld.
Rapport dwar ir-rapport speċjali mill-Ombudsman Ewropew lill-Parlament Ewropew wara l-Abbozz ta' Rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea rigward l-Ilment 185/2005/ELB [2009/2016(INI)] - Kumitat għall-Petizzjonijiet. Rapporteur: Miguel Angel Martínez Martínez (A6-0201/2009)
Miguel Angel Martínez Martínez għamel il-preżentazzjoni.
Tkellmu: Meglena Kuneva (Membru tal-Kummissjoni), Miguel Angel Martínez Martínez u Meglena Kuneva.