(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 20.10 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 21.00 )
PRESIDENT: Rodi KRATSA-TSAGAROPOULOU Viċi President
12. Talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari
Tobias Pflüger indirizza lill-Parlament talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi tiegħu, fil-qafas ta' proċedura li għaddejja attwalment fi ħdan Staatsanwaltschaft München.
Skont l-Artikolu 6(3) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba tressqet lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.