Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
5.1. Ftehima bejn il-KE/Mongolja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru * (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-gvern tal-Mongolja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru [COM(2007)0731 - C7-0001/2009 - 2007/0252(CNS)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Brian Simpson (A7-0001/2009)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
5.2. Ftehimiet bejn il-KE u ċ-Ċina dwar it-Trasport Marittimu * (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra [08127/2009 - 13698/2008 - C7-0030/2009 - 2008/0133(CNS)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Brian Simpson (A7-0002/2009)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
5.3. Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għall-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, bi qbil mal-punt 26 tal-ftehima interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju xieraq [COM(2009)0308 – C7-0051/2009 – 2009/2048(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Reimer Böge (A7-0008/2009)
5.4. Mobilizzazzjoni tal-Fondi Ewropej ta' aġġustament għall-globalizzazzjoni (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għall-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjonital-Fondi Ewropej ta' aġġustament għall-globalizzazzjoni, bi qbil mal-punt 26 tal-ftehima interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju xieraq [COM(2009)0371 – C7-0115/2009 – 2009/2066(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Reimer Böge (A7-0006/2009)
5.5. Abbozz tal-baġit ta' rettifika Nru 6/2009 (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar l-abbozz tal-baġit ta' rettifika Nru 6/2009 tal-Unjoni Ewropea għall-eżerċizzju 2009 - Taqsima III - il-Kummissjoni [11888/2009 – C7-0098/2009 – 2009/2047(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Jutta Haug (A7-0003/2009)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
5.6. Abbozz tal-Baġit ta' rettifika Nru 7/2009 (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar l-abbozz tal-baġit ta' rettifika Nru 7/2009 tal-Unjoni Ewropea għall-eżerċizzju tal-2009 (tempesta Klaus fi Franza) [12951/2009– C7-0130/2009 – 2009/2046(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Jutta Haug (A7-0009/2009)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
5.7. Abbozz tal-Baġit ta' rettifika Nru 8/2009 (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar l-abbozz tal-baġit ta' rettifika Nru 8/2009 tal-Unjoni Ewropea għall-eżerċizzju 2009: Europol, Eurojust, OLAF [12952/2009 – C7-0131/2009 – 2009/2050(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Jutta Haug (A7-0010/2009)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)