Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 15 ta' Settembru 2009 - Strasburgu

10. Iffirmar tal-atti adottati b'kodeċiżjoni.

Il-President avża li nhar l-Erbgħa, flimkien mal-President tal-Kunsill, huwa se jipproċedi bl-iffirmar tal-atti li ġejjin adottati b'kodeċiżjoni, bi qbil mal-Artikolu 74 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament:

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni mill-komunità fi programm Ewropew ta’ riċerka u żvilupp dwar il-metroloġija meħud b'impenn minn diversi stati membri (03661/2009/LEX - C7-0132/2009 - 2008/0230(COD))

- Regolament (KE) Nru .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1692/2006 li jistabbilixxi t-tieni programm "Marco Polo" għall-għoti ta' assistenza finanzjarja tal-Komunitá biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (MARCO POLO II) (03660/2009/LEX - C7-0135/2009 - 2008/0239(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (03666/2009/LEX - C7-0136/2009 - 2008/0190(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' liċenzji ta' navigabbilità għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (verżjoni kodifikata) (03630/2009/LEX - C7-0137/2009 - 2008/0021(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni ta' l-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-istati membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 48 tat-trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (verżjoni kodifikata) (03631/2009/LEX - C7-0138/2009 - 2008/0022(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-liġijiet tal-kumpaniji dwar il-kumpaniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbilità limitata (verżjoni kodifikata) (03636/2009/LEX - C7-0139/2009 - 2008/0109(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi ta' sikurezza u ta' saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni direttiva individwali fis-sens ta' l-artikolu 16(1) tad-direttiva 89/391/KEE)(verżjoni kodifikata) (03633/2009/LEX - C7-0140/2009 - 2006/0214(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (verżjoni kodifikata) (03632/2009/LEX - C7-0141/2009 - 2008/0049(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE u 2007/64/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (03670/2009/LEX - C7-0142/2009 - 2008/0191(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE, 78/855/KEE u 82/891/KEE, u d-Direttiva 2005/56/KE fir-rigward tar-rekwiżiti ta' rappurtar u dokumentazzjoni fil-każ tal-għaqda u d-diviżjoni ta' kumpaniji (03644/2009/LEX - C7-0143/2009 - 2008/0182(COD))

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm komunitarju għall-appoġġ ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika (03671/2009/LEX - C7-0144/2009 - 2009/0001(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (03646/2009/LEX - C7-0145/2009 - 2006/0006(COD))

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA) (03667/2009/LEX - C7-0146/2009 - 2008/0185(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħlas transkonfinali fil-komunità u li jħassar ir-regolament (KE) Nru 2560/2001 (03665/2009 - C7-0147/2009 - 2008/0194(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (03668/2009/LEX - C7-0148/2009 - 2008/0160(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 808/2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (03637/2009/LEX - C7-0149/2009 - 2008/0201(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (Tfassil mill-ġdid) (03622/2009/LEX - C7-0150/2009 - 2008/0165(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu (03647/2009/LEX - C7-0151/2009 - 2006/0008(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (03642/2009/LEX - C7-0152/2009 - 2008/0217(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 87/372/KEE dwar il-firxiet ta' frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni koordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità (03673/2009/LEX - C7-0153/2009 - 2008/0214(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill marbuta ma’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (verżjoni kodifikata) (03634/2009/LEX - C7-0154/2009 - 2008/0076(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali fir-rigward tal-estensjoni ta’ ċerti perjodi ta’ żmien (03624/2009/LEX - C7-0155/2009 - 2008/0188(COD))

Il-President avża li erba' testi dwar is-servizzi finanzjarji se jiġu ffirmati fil-plenarja l-Erbgħa fit-15.00.

Avviż legali - Politika tal-privatezza