2. Dibattitu dwar każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt (imħabbra l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)
Il-Membri jew il-gruppi politiċi li ġejjin talbu li jiġi organizzat dibattitu ta' dan it-tip, skont l-Artikolu 122 tar-Regoli ta' Proċedura, dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:
I. Imwiet ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja
- Werner Schulz, Heidi Hautala, Bart Staes, Hélène Flautre f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-mewt tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja (B7-0060/2009),
- Véronique De Keyser, Hannes Swoboda, Adrian Severin f'isem il-Grupp S-D, dwar il-mewt tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja (B7-0061/2009),
- Renate Weber, Frédérique Ries, Marielle De Sarnez f'isem il-Grupp ALDE, dwar il-mewt tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja (B7-0063/2009),
- Bernd Posselt, Lojze Peterle, Tunne Kelam, Elmar Brok, Jacek Saryusz-Wolski, Laima Liucija Andrikienė, Lena Barbara Kolarska-Bobińska, Filip Kaczmarek, Cristian Dan Preda f'isem il-Grupp PPE, dwar il-mewt tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja (B7-0065/2009),
- Charles Tannock, Adam Bielan, Michał Tomasz Kamiński, Ryszard Antoni Legutko, Tomasz Piotr Poręba, Roberts Zīle f'isem il-Grupp ECR, dwar il-mewt tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja (B7-0067/2009),
- Søren Bo Søndergaard f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-mewt tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja (B7-0068/2009).
II. Il-Każakstan: il-każ ta' Evgeniy Zhovtis
- Heidi Hautala, Bart Staes f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-każ ta' Evgeniy Zhovtis fil-Kazakistan (B7-0062/2009),
- Véronique De Keyser f'isem il-Grupp S-D, dwar il-każ ta' Evgeniy Zhovtis fil-Kazakistan (B7-0064/2009),
- Renate Weber, Marielle De Sarnez, Niccolò Rinaldi f'isem il-Grupp ALDE, dwar il-każ ta' Evgeniy Zhovtis fil-Kazakistan (B7-0066/2009),
- Elisabeth Jeggle, Bernd Posselt, Laima Liucija Andrikienė, Eija-Riitta Korhola f'isem il-Grupp PPE, dwar il-każ ta' Evgeniy Zhovtis fil-Kazakistan (B7-0069/2009),
- Willy Meyer f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-każ ta' Evgeniy Zhovtis fil-Kazakistan (B7-0070/2009).
III. Is-Sirja: il-każ ta' Muhannad Al Hassani
- Hélène Flautre, Franziska Katharina Brantner, Frieda Brepoels, Raül Romeva i Rueda f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-każ ta' Muhannad Al Hassani fis-Sirja (B7-0071/2009),
- Véronique De Keyser, Richard Howitt f'isem il-Grupp S-D, dwar il-każ ta' Muhannad Al Hassani fis-Sirja (B7-0072/2009),
- Renate Weber, Frédérique Ries, Marielle De Sarnez f'isem il-Grupp ALDE, dwar il-każ ta' Muhannad Al Hassani fis-Sirja (B7-0073/2009),
- Bernd Posselt, Cristian Dan Preda, Eija-Riitta Korhola, Michael Gahler f'isem il-Grupp PPE, dwar is-Sirja: il-każ ta' Muhannad Al Hassani (B7-0074/2009),
- Charles Tannock, Adam Bielan, Tomasz Piotr Poręba, Ryszard Antoni Legutko f'isem il-Grupp ECR, dwar il-każ ta' Muhannad Al Hassani fis-Sirja (B7-0075/2009),
- Willy Meyer f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-każ ta' Muhannad Al Hassani fis-Sirja (B7-0076/2009).
Il-ħin għad-diskorsi se jiġi allokat skont l-Artikolu 149 tar-Regoli tal-Proċedura.
3. Preżentazzjoni tal-abbozz tal-baġit ġenerali mill-Kunsill - Eżerċizzju 2010
Hans Lindblad (President tal-Kunsill) għamel il-preżentazzjoni.
Tkellmu: Algirdas Šemeta (Membru tal-Kummissjoni), László Surján (rapporteur), Vladimír Maňka (rapporteur), Alain Lamassoure (Chairman tal-Kumitat BUDG), u Hans Lindblad.
Dan il-punt ingħalaq.
4. Immigrazzjoni, l-irwol tal-Frontex u koperazzjoni bejn l-Istati (dibattitu)
Dikjarazzjonjiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Immigrazzjoni, l-irwol tal-Frontex u koperazzjoni bejn l-Istati
Tobias Billström (President fil-kariga tal-Kunsill) għamel dikjarazzjoni.
PRESIDENT: Gianni PITTELLA Viċi President
Jacques Barrot (Viċi President tal-Kummissjoni) għamel dikjarazzjoni.
Tkellmu: Simon Busuttil f'isem il-Grupp PPE, Juan Fernando López Aguilar f'isem il-Grupp S-D, Sonia Alfano f'isem il-Grupp ALDE, Hélène Flautre f'isem il-Grupp Verts/ALE, Timothy Kirkhope f'isem il-Grupp ECR, Willy Meyer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Gerard Batten f'isem il-Grupp EFD, Louis Bontes Membru mhux affiljat, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Claude Moraes, Sarah Ludford, Franziska Keller, Ryszard Czarnecki, Rui Tavares, Roberta Angelilli, Stavros Lambrinidis, Hélène Flautre, Clemente Mastella, David-Maria Sassoli, Niki Tzavela, Sylvie Guillaume u Rita Borsellino.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Anna Maria Corazza Bildt, Georgios Papastamkos, Barbara Lochbihler, Alf Svensson u Antonio Cancian.
Tkellmu: Tobias Billström u Jacques Barrot.
Id-dibattitu ngħalaq.
PRESIDENT: Alejo VIDAL-QUADRAS Viċi President
5. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
5.1. Ftehima bejn il-KE/Mongolja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru * (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-gvern tal-Mongolja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru [COM(2007)0731 - C7-0001/2009 - 2007/0252(CNS)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Brian Simpson (A7-0001/2009)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
5.2. Ftehimiet bejn il-KE u ċ-Ċina dwar it-Trasport Marittimu * (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra [08127/2009 - 13698/2008 - C7-0030/2009 - 2008/0133(CNS)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Brian Simpson (A7-0002/2009)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
5.3. Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għall-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, bi qbil mal-punt 26 tal-ftehima interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju xieraq [COM(2009)0308 – C7-0051/2009 – 2009/2048(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Reimer Böge (A7-0008/2009)
5.4. Mobilizzazzjoni tal-Fondi Ewropej ta' aġġustament għall-globalizzazzjoni (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għall-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjonital-Fondi Ewropej ta' aġġustament għall-globalizzazzjoni, bi qbil mal-punt 26 tal-ftehima interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju xieraq [COM(2009)0371 – C7-0115/2009 – 2009/2066(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Reimer Böge (A7-0006/2009)
5.5. Abbozz tal-baġit ta' rettifika Nru 6/2009 (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar l-abbozz tal-baġit ta' rettifika Nru 6/2009 tal-Unjoni Ewropea għall-eżerċizzju 2009 - Taqsima III - il-Kummissjoni [11888/2009 – C7-0098/2009 – 2009/2047(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Jutta Haug (A7-0003/2009)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
5.6. Abbozz tal-Baġit ta' rettifika Nru 7/2009 (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar l-abbozz tal-baġit ta' rettifika Nru 7/2009 tal-Unjoni Ewropea għall-eżerċizzju tal-2009 (tempesta Klaus fi Franza) [12951/2009– C7-0130/2009 – 2009/2046(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Jutta Haug (A7-0009/2009)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
5.7. Abbozz tal-Baġit ta' rettifika Nru 8/2009 (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapport dwar l-abbozz tal-baġit ta' rettifika Nru 8/2009 tal-Unjoni Ewropea għall-eżerċizzju 2009: Europol, Eurojust, OLAF [12952/2009 – C7-0131/2009 – 2009/2050(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Jutta Haug (A7-0010/2009)
(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, skont l-Artikolu 170 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fir-rapport verbatim ta' din is-seduta.
7. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct", "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa tal-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa tal-anqas ġimgħatejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza, l-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
° ° ° °
Leonardo Domenici, Brian Crowley, Adrian Severin u Ana Gomes avżaw li kienu preżenti imma li ma setgħux jivvutaw.
Robert Sturdy avża li kien preżenti imma li ma vvutax għar-rapporti Brian Simpson A7-0001/2009 u A7-0002/2009.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 11.20 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 11.35 )
PRESIDENT: Jerzy BUZEK President
8. Allokazzjoni inawgurali tal-President tal-Parlament Ewropew
Fil-preżenza ta' Emilio Colombo, Enrique Barón Crespo, Egon A. Klepsch, Klaus Hänsch, José María Gil-Robles Gil-Delgado, Nicole Fontaine, Pat Cox u Hans-Gert Pöttering, il-Presidenti antiki tal-Parlament Ewropew, Jerzy Buzek (President tal-Parlament Ewropew) għamel dikjarazzjoni dwar l-allokazzjoni inawgurali tiegħu li fiha huwa ppreżenta l-prijoritajiet tal-mandat tiegħu għas-sentejn u nofs li ġejjin.
Tkellmu: Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE, Martin Schulz f'isem il-Grupp S-D, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Michał Tomasz Kamiński f'isem il-Grupp ECR, Eva-Britt Svensson f'isem il-Grupp GUE/NGL, Francesco Enrico Speroni f'isem il-Grupp EFD, Bruno Gollnisch Membru mhux affiljat, Cecilia Malmström (President fil-kariga tal-Kunsill) u José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni).
PRESIDENT: Gianni PITTELLA Viċi President
Tkellmu skond il-proċedura 'catch the eye' Sergio Paolo Francesco Silvestris, Marek Siwiec, Eva Lichtenberger, Zoltán Balczó, Zuzana Roithová, Charles Tannock, Csaba Sógor, Diane Dodds, Csaba Sándor Tabajdi, Antonello Antinoro, Miloslav Ransdorf, Michael Theurer, Krisztina Morvai, László Tőkés u Wojciech Michał Olejniczak.
Tkellem Jerzy Buzek biex iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-persuni li għamlu l-interventi ta' qabel.
Dan il-punt ingħalaq.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 13.25 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.00 )
PRESIDENT: Jerzy BUZEK President
9. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.
° ° ° °
Tkellmu: Martin Schulz, li mar lura għas-suġġetti li ġew diskussi dalgħodu minn Krisztina Morvai li jmorru kontra Kinga Göncz, din tal-aħħar għal fatt personali minħabba dawn is-suġġetti u Zoltán Balczó dwar l-intervent ta' Martin Schulz.
10. Iffirmar tal-atti adottati b'kodeċiżjoni.
Il-President avża li nhar l-Erbgħa, flimkien mal-President tal-Kunsill, huwa se jipproċedi bl-iffirmar tal-atti li ġejjin adottati b'kodeċiżjoni, bi qbil mal-Artikolu 74 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament:
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni mill-komunità fi programm Ewropew ta’ riċerka u żvilupp dwar il-metroloġija meħud b'impenn minn diversi stati membri (03661/2009/LEX - C7-0132/2009 - 2008/0230(COD))
- Regolament (KE) Nru .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1692/2006 li jistabbilixxi t-tieni programm "Marco Polo" għall-għoti ta' assistenza finanzjarja tal-Komunitá biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (MARCO POLO II) (03660/2009/LEX - C7-0135/2009 - 2008/0239(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (03666/2009/LEX - C7-0136/2009 - 2008/0190(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' liċenzji ta' navigabbilità għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (verżjoni kodifikata) (03630/2009/LEX - C7-0137/2009 - 2008/0021(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni ta' l-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-istati membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 48 tat-trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (verżjoni kodifikata) (03631/2009/LEX - C7-0138/2009 - 2008/0022(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-liġijiet tal-kumpaniji dwar il-kumpaniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbilità limitata (verżjoni kodifikata) (03636/2009/LEX - C7-0139/2009 - 2008/0109(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi ta' sikurezza u ta' saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni direttiva individwali fis-sens ta' l-artikolu 16(1) tad-direttiva 89/391/KEE)(verżjoni kodifikata) (03633/2009/LEX - C7-0140/2009 - 2006/0214(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (verżjoni kodifikata) (03632/2009/LEX - C7-0141/2009 - 2008/0049(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE u 2007/64/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (03670/2009/LEX - C7-0142/2009 - 2008/0191(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE, 78/855/KEE u 82/891/KEE, u d-Direttiva 2005/56/KE fir-rigward tar-rekwiżiti ta' rappurtar u dokumentazzjoni fil-każ tal-għaqda u d-diviżjoni ta' kumpaniji (03644/2009/LEX - C7-0143/2009 - 2008/0182(COD))
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm komunitarju għall-appoġġ ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika (03671/2009/LEX - C7-0144/2009 - 2009/0001(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (03646/2009/LEX - C7-0145/2009 - 2006/0006(COD))
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA) (03667/2009/LEX - C7-0146/2009 - 2008/0185(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħlas transkonfinali fil-komunità u li jħassar ir-regolament (KE) Nru 2560/2001 (03665/2009 - C7-0147/2009 - 2008/0194(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (03668/2009/LEX - C7-0148/2009 - 2008/0160(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 808/2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (03637/2009/LEX - C7-0149/2009 - 2008/0201(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (Tfassil mill-ġdid) (03622/2009/LEX - C7-0150/2009 - 2008/0165(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu (03647/2009/LEX - C7-0151/2009 - 2006/0008(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (03642/2009/LEX - C7-0152/2009 - 2008/0217(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 87/372/KEE dwar il-firxiet ta' frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni koordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità (03673/2009/LEX - C7-0153/2009 - 2008/0214(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill marbuta ma’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (verżjoni kodifikata) (03634/2009/LEX - C7-0154/2009 - 2008/0076(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali fir-rigward tal-estensjoni ta’ ċerti perjodi ta’ żmien (03624/2009/LEX - C7-0155/2009 - 2008/0188(COD))
Il-President avża li erba' testi dwar is-servizzi finanzjarji se jiġu ffirmati fil-plenarja l-Erbgħa fit-15.00.
José Manuel Barroso, il-President innominat tal-Kummissjoni, għamel dikjarazzjoni.
Tkellmu: Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE, Martin Schulz f'isem il-Grupp S-D, dan tal-aħħar bl-istess mod biex iwieġeb mistoqsija mressqa minn Miguel Portas skont il-proċedura «blue card», (l-Artikolu 149(8) tar-Regoli ta' Proċedura), Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Daniel Cohn-Bendit f'isem il-Grupp Verts/ALE, Michał Tomasz Kamiński f'isem il-Grupp ECR, Lothar Bisky f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nigel Farage f'isem il-Grupp EFD, Krisztina Morvai Membru mhux affiljata, Cecilia Malmström (President fil-kariga tal-Kunsill), José Manuel Barroso, Othmar Karas, Stephen Hughes, Alexander Graf Lambsdorff, Jill Evans, Timothy Kirkhope, Jean-Luc Mélenchon, Timo Soini, Francisco Sosa Wagner, Carlos Coelho u Hannes Swoboda.
PRESIDENT: Stavros LAMBRINIDIS Viċi President
Tkellmu: Marielle De Sarnez, Sven Giegold, Roberts Zīle, Joe Higgins, Nicole Sinclaire, Hans-Peter Martin, Werner Langen, Adrian Severin, Andrew Duff, Hans-Peter Martin dwar it-tqassim tal-ħin għad-diskorsi, José Manuel Barroso, Hélène Flautre, Derk Jan Eppink, Andreas Mölzer, Jacek Saryusz-Wolski, Marita Ulvskog, Olle Schmidt, Michail Tremopoulos, George Becali, Mario Mauro, Monika Flašíková Beňová u Sophia in 't Veld.
PRESIDENT: Rodi KRATSA-TSAGAROPOULOU Viċi President
Tkellmu: Judith Sargentini, Diane Dodds, Jaime Mayor Oreja, Juan Fernando López Aguilar, Michel Barnier, David-Maria Sassoli, Marian-Jean Marinescu, Catherine Trautmann, Wim van de Camp, Glenis Willmott, Marianne Thyssen, Edite Estrela, Markus Ferber, Csaba Sándor Tabajdi, Simon Busuttil, Zoran Thaler, Gunnar Hökmark, Erminia Mazzoni, Sophie Briard Auconie, Sandra Kalniete u Damien Abad.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Czesław Adam Siekierski, Hannu Takkula, Ulrike Lunacek, Nikolaos Chountis, Barry Madlener, Brian Crowley, Raül Romeva i Rueda, Pat the Cope Gallagher, Martin Ehrenhauser u Zoltán Balczó.
Tkellem José Manuel Barroso.
PRESIDENT: Jerzy BUZEK President
Id-dibattitu ngħalaq.
L-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni se ssir l-Erbgħa.
PRESIDENT: Edward McMILLAN-SCOTT Viċi President
12. Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet lill-Kummissjoni)
Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kummissjoni (B7-0203/2009).
Mistoqsija 20 (Ilda Figueiredo): Il-ħarsien tal-industriji tat-tessuti u l-ħwejjeġ fil-kuntest tal-kummerċ internazzjonali.
Catherine Ashton (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Ilda Figueiredo u David Martin.
Stavros Dimas (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Brian Crowley, Silvia-Adriana Ţicău u Paul Rübig.
Mistoqsija 22 (Silvia-Adriana Ţicău): Miżuri ta' appoġġ għall-investimenti għat-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija u l-użu tal-enerġiji li jiġġeddu.
Stavros Dimas wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Silvia-Adriana Ţicău, Seán Kelly u Andreas Mölzer.
Mistoqsija 23 (Czesław Adam Siekierski): Għajnuna għall-iżvilupp fi żminijiet ta' kriżi.
Karel De Gucht (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Czesław Adam Siekierski u Franz Obermayr.
Mistoqsija 24 (Fiorello Provera): Demografija u politiki fl-iżvilupp tal-Afrika.
Karel De Gucht wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Fiorello Provera u Andreas Mölzer.
Mistoqsija 25 (Jim Higgins): Is-sospensjoni tan-negozjati dwar il-Ftehima ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Kolombja.
Catherine Ashton wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Jim Higgins u David Martin.
Mistoqsija 26 (Georgios Papastamkos): Irkupru tal-kummerċ internazzjonali.
Catherine Ashton wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Georgios Papastamkos.
Il-mistoqsija 27 skadiet minħabba li l-awtur tagħha ma kienx preżenti.
Mistoqsija 28 (Liam Aylward): Il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti taċ-ċanga u tal-ħaruf Ewropej.
Catherine Ashton wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Liam Aylward u Seán Kelly.
Stavros Dimas wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Bernd Posselt.
Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)
Il-ħin tal-mistoqsijiet imħolli għall-Kummissjoni ntemm.
13. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 427.526/OJME).