Talba tal-Kunsill għat-twettiq tal-proċedura ta' urġenza (l-Artikolu 142 tar-Regoli ta' Proċedura) għal:
- Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur agrikolu u d-dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta' ċerti prodotti ta' dan is-settur (regolament "OCM uniku") [COM(2009)0539 - C7-0223/2009 - 2009/0152(CNS)]
Tkellmu: Paolo De Castro (Chairman tal-Kumitat AGRI), Martin Häusling u Albert Deß.
Il-Parlament approva talba għal proċedura urġenti.
Dan il-punt huwa inkluż fl-aġenda ta' din is-seduta. (punt 46 tal-Aġenda tal- 20.10.2009).
L-iskadenza għat-tressiq tal-emendi għas-seduta hija stipulata għall-Erbgħa 21 ta' Ottubru 2009 fl-10.00.