8.1. Lista tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom irid ikollhom viża sabiex jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u lista tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dan l-obbligu * (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa [COM(2009)0366 - C7-0112/2009 - 2009/0104(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Tanja Fajon (A7-0042/2009)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
- Qabel il-votazzjoni għall-abbozz għal riżoluzzjoni leġiżlattiva, Tanja Fajon (rapporteur) qrat dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li trid tinhemeż mat-test adottat u li għaliha Algirdas Šemeta (Membru tal-Kummissjoni) għarrfet dwar il-pożizzjoni tal-Kummissjoni (din id-dikjarazzjoni ġiet adottata).
- Anna Maria Corazza Bildt uriet id-dispjaċir tagħha għall-fatt li l-Presidenza tal-Kunsill ma ġietx mistiedna għall-Ħin tal-Votazzjonijiet (Il-President wieġeb li l-Kunsill ma għandux bżonn stedina biex jieħu sehem fil-ħin tal-votazzjonijiet).