9. Mistoqsijiet bi tweġiba orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)
Id-dokumenti msemmija hawn taħt tressqu mill-Membri
1) mistoqsijiet bi tweġiba orali (Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura):
- (O-0096/2009) imressqa minn Eva-Britt Svensson, f'isem il-Kumitat FEMM, lill-Kunsill: Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa (B7-0220/2009),
- (O-0097/2009) imressqa minn Eva-Britt Svensson, f'isem il-Kumitat FEMM, lill-Kummissjoni: Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa (B7-0221/2009),
- (O-0116/2009) imressqa minn Vital Moreira, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Il-qagħda ġenerali taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles tal-Ewromed 2010 (B7-0222/2009),
- (O-0101/2009) imressqa minn Klaus-Heiner Lehne, f'isem il-Kumitat JURI, lill-Kummissjoni: Proġett ta' Google biex jiġi diġitalizzat il-wirt dinji tal-kotba (B7-0224/2009),
- (O-0119/2009) imressqa minn Edite Estrela, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kunsill: Ambjenti bla dħaħen tat-tipjip (B7-0225/2009),
- (O-0120/2009) imressqa minn Pervenche Berès, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kummissjoni: Ir-rilokazzjoni tal-impriżi fl-UE u r-rwol tal-istrumenti finanzjarji tal-UE (B7-0226/2009),
- (O-0129/2009) imressqa minn Brian Simpson, f'isem il-Kumitat TRAN, lill-Kummissjoni: Is-sigurtà u l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja Komunitarja (B7-0227/2009),
- (O-0131/2009) imressqa minn Alejandro Cercas f'isem il-Grupp S&D, Marian Harkin f'isem il-Grupp ALDE, Jean Lambert f'isem il-Grupp Verts/ALE, Gabriele Zimmer u Ilda Figueiredo f'isem il-Grupp GUE/NGL, lill-Kummissjoni: Ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet ILO aġġornati (B7-0228/2009).
2) dikjarazzjonijiet bil-miktub biex jiddaħħlu fir-Reġistru (Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura) :
- Jiří Maštálka dwar it-taqlib bla ħtieġa tal-proċess ta' ratifika li jinsab għaddej fir-Repubblika Ċeka rigward it-Trattat ta' Lisbona (0063/2009),
- Sergio Paolo Francesco Silvestris, Mario Mauro, David-Maria Sassoli, Gianni Pittella u Magdi Cristiano Allam, dwar il-libertà tal-espożizzjoni f’postijiet pubbliċi ta’ simboli reliġjużi li jkunu jirrappreżentaw il-kultura u l-identità ta’ poplu (0064/2009),
- Graham Watson u Lena Barbara Kolarska-Bobińska, dwar il-ħamsa u għoxrin anniversarju tad-diżastru Bhopal (0065/2009),
- Elizabeth Lynne, Edit Bauer, Zita Gurmai u Emilie Turunen dwar l-iskjavitù moderna (0066/2009).