Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 10 ta' Frar 2010 - Strasburgu

7. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri implimentattivi li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju li ġejjin:

- Abbozz ta’ direttiva tal-Kummissjoni ta’ […] li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet tal-kundizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (D006561/01 - 2010/2535(RPS) - : 25/04/2010)
irreferut responsabbli: TRAN

- Abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ […] dwar ir-rekwiżiti ta' sikurezza li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għal ċerti prodotti fl-ambjent tal-irqad għat-tfal skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D006842/02 - 2010/2538(RPS) - : 27/04/2010)
irreferut responsabbli: IMCO

- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni ta’ […] li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għat-2-phenylphenol f’ċerti prodotti jew fuqhom (D007466/03 - 2010/2533(RPS) - : 22/03/2010)
irreferut responsabbli: ENVI

- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni ta’ […] li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel, għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta' riskju ta' mard u ta' riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (D007484/03 - 2010/2534(RPS) - : 22/04/2010)
irreferut responsabbli: ENVI
opinjoni: IMCO

- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni ta’ […] dwar l-awtorizzazzjoni u ċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (D007487/03 - 2010/2532(RPS) - : 20/04/2010)
irreferut responsabbli: ENVI
opinjoni: IMCO

- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni ta’ […] li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta' riskju ta' mard u ta' riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (D007488/03 - 2010/2530(RPS) - : 21/04/2010)
irreferut responsabbli: ENVI
opinjoni: IMCO

- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni ta’ […] li jemenda r-Regolament (KE) Nru 983/2009 dwar l-awtorizzazzjoni u ċ-ċaħda ta' awtorizzazzjoni ta' ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq il-prodotti tal-ikel u li jirreferu għal tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (D007489/03 - 2010/2531(RPS) - : 20/04/2010)
irreferut responsabbli: ENVI
opinjoni: IMCO

- Abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ […] li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (D007713/02 - 2010/2537(RPS) - : 27/04/2010)
irreferut responsabbli: ENVI

- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru …/.. ta’ […] li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2011 ta' fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar it-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġi (D007790/02 - 2010/2541(RPS) - : 28/04/2010)
irreferut responsabbli: EMPL

- Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill li tissupplimenta l-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen rigward is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operattiva kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni (05323/1/2010 - 2009/2755 (RPS)) - skadenza: 7/04/2010
irreferut responsabbli: LIBE

Avviż legali - Politika tal-privatezza