13. Ftehim UE/Stati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data ta’ Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (dibattitu)
Rakkomandazzjoni Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' Data ta' Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu [05305/2010 - C7-0004/2010 - 2009/0190(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Jeanine Hennis-Plasschaert (A7-0013/2010)
Il-President fakkar fl-istadji differenti tal-proċedura segwita relattiva għas-suġġett tad-dibattitu kif ukoll fl-inizjattivi meħuda.
Jeanine Hennis-Plasschaert ippreżentat ir-rapport tagħha.
Tkellmu: Ernst Strasser f'isem il-Grupp PPE, Martin Schulz f'isem il-Grupp S&D, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Timothy Kirkhope f'isem il-Grupp ECR, Lothar Bisky f'isem il-Grupp GUE/NGL, Simon Busuttil, Claude Moraes, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Stavros Lambrinidis, Janusz Władysław Zemke, Birgit Sippel u Juan Fernando López Aguilar.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Axel Voss, Jörg Leichtfried, Carl Schlyter, Janusz Władysław Zemke, Marian-Jean Marinescu, Eva Lichtenberger, Sajjad Karim, Carlos Coelho u Monika Flašíková Beňová.
Tkellmu: Alfredo Pérez Rubalcaba u Cecilia Malmström.
Tkellmu: Martin Schulz, Stavros Lambrinidis, Manfred Weber u Agustín Díaz de Mera García Consuegra biex ressqu mistoqsijiet lil Alfredo Pérez Rubalcaba, li rrisponda għalihom.