Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 10 ta' Frar 2010 - Strasburgu

16. Ħin għall-mistoqsijiet (mistoqsijiet lill-Kunsill)
Rapporti Verbatim

Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kunsill (B7-0006/2010).

Mistoqsija 1 (Zigmantas Balčytis): Il-ħolqien ta' suq intern komuni tal-enerġija.

Diego López Garrido (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Zigmantas Balčytis, Silvia-Adriana Ţicău u Franz Obermayr.

Mistoqsija 2 (Silvia-Adriana Ţicău): Approċċi, objettivi u azzjonijiet ta' żvilupp skont l-istrateġija ta' żvilupp sostenibbli għall-2020 tal-UE.

Diego López Garrido wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Silvia-Adriana Ţicău.

Mistoqsija 3 (Bernd Posselt): Il-libertà tar-reliġjon fiċ-Ċina.

Diego López Garrido wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Bernd Posselt, Jim Higgins u Franz Obermayr.

Il-mistoqsija 4 ma setgħetx tintlaqa'.

Mistoqsija 5 (Ilda Figueiredo): Ħabsijiet sigrieti u titjiriet tas-CIA.

Diego López Garrido wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Ilda Figueiredo, Justas Vincas Paleckis u Bogusław Sonik.

Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)

Il-ħin għall-mistoqsijiet riżervat għall-Kunsill intemm.

Avviż legali - Politika tal-privatezza