Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 10 ta' Frar 2010 - Strasburgu

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 19.25; ħin li fih tkompliet is-seduta: 21.00 )

PRESIDENZA: Silvana KOCH-MEHRIN
Viċi President

17. Kompożizzjoni tal-Parlament

Wara l-votazzjoni tal-Parlament Ewropew u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta' Frar 2010 għall-ħatra tal-Kummissjoni l-ġdida għall-perjodu bejn l-10 ta' Frar 2010 u l-31 t'Ottubru 2014, Michel Barnier u Janusz Lewandowski sabu ruħhom f'sitwazzjoni ta' inkompatibilità ta' mandat mill-10 ta' Frar 2010, skont l-Artikolu 7 (1) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali.

Il-Parlament jieħu nota ta' dan u, skont l-Artikolu 3(2), u l-Artikolu 4 (1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, jistabbilixxi li l-postijiet ta' Michel Barnier u Janusz Lewandowski huma vakanti b'effett mill-10 ta' Frar 2010.

Avviż legali - Politika tal-privatezza