Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0190(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0013/2010

Testi mressqa :

A7-0013/2010

Dibattiti :

PV 10/02/2010 - 13
CRE 10/02/2010 - 13

Votazzjonijiet :

PV 11/02/2010 - 6.4
CRE 11/02/2010 - 6.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0029

Minuti
Il-Ħamis, 11 ta' Frar 2010 - Strasburgu

6.4. Ftehim UE/Stati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data ta’ Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu ***(votazzjoni)
Rapporti Verbatim

Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' Data ta' Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu [05305/2010 - C7-0004/2010 - 2009/0190(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Jeanine Hennis-Plasschaert (A7-0013/2010)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata (P7_TA(2010)0029)

Il-Parlement ċaħad għalhekk l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.

Interventi

Qabel il-vot, Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE, biex jitlob li r-rakkomandazzjoni tiġi rriferuta lill-Kumitat, skont l-Artikoli 63 u 175 tar-Regoli ta' Proċedura, Timothy Kirkhope f'isem il-Grupp ECR, favur it-talba u Jeanine Hennis-Plasschaert (rapporteur) kontra t-talba, Cecilia Malmström (Membru tal-Kummissjoni) u Martin Schulz.

Il-Parlament ċaħad it-talba permezz tal-VE (290 favur, 305 kontra, 14 astensjonijiet).

Avviż legali - Politika tal-privatezza