Il-President wera rispett tiegħu għall-memorja ta' Claudia Candeago, funzjonarja tal-Parlement, li mietet f'inċident ferrovjarju fil-Belġju fil-15 ta' Frar 2010.
Il-President għamel dikjarazzjoni dwar l-għarar u ċ-ċediment tal-art li sofriet Madejra fl-20 ta' Frar 2010.
Il-Parlament osserva minuta silenzju.
3. Merħba
Il-President, f'isem il-Parlament, ta merħba lil Andzelika Borys, president tal-Unjoni tal-Pollakki tal-Bjelorussja, u lil Alexandre Milinkievich, ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov 2006, li ħadu posthom fil-gallarija uffiċjali.
4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.
° ° ° °
Martin Ehrenhauser għarraf li hu kien preżenti għas-seduta tat-18 ta' Jannar 2010 iżda li ismu ma jidhirx fir-reġistru.
Frédérique Ries għarrfet li hija pparteċipat fil-votazzjonijiet tal-20 ta' Jannar 2010 iżda li, għal raġunijiet tekniċi, il-voti tagħha ma setgħux ikunu rreġistrati għal kollox.
5. It-trasport taż-żwiemel għall-qtil fl-Unjoni Ewropea (dikjarazzjoni bil-miktub)
Id-dikjarazzjoni bil-miktub 0054/2009 mressqa minn Elizabeth Lynne, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska u Carl Schlyter dwar it-trasportazzjoni taż-żwiemel għall-qtil fl-Unjoni Ewropea kienet iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament Ewropew u għalhekk, skont l-Artikolu 123(3)(4) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, se tingħadda lid-destinatarji tagħha u se tkun ippublikata fit-Testi Adottati tas-seduta tal-25 ta' Frar 2010, b'indikazzjoni fil-minuti tal-ismijiet tal-firmatarji.
Tkellmet Elizabeth Lynne.
6. Kompożizzjoni tal-Parlament
L-awtoritajiet Franċiżi kompetenti kienu avżaw bil-ħatra ta' Constance Le Grip minflok Michel Barnier bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 10 ta' Frar 2010.
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm ikunu vverifikati l-kredenzjali tagħha jew tittieħed deċiżjoni dwar xi kontestazzjoni eventwali, Constance Le Grip tieħu postha fil-Parlament u fl-organi tiegħu u tgawdi mid-drittijiet kollha tagħha, bil-kundizzjoni li tkun iffirmat minn qabel dikjarazzjoni li ma twettaq l-ebda funzjoni li mhix kompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
7. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri implimentattivi li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju li ġejjin:
- Abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' [...] li temenda d-Deċiżjoni 2004/407/KE dwar l-awtorizzazzjoni tal-importazzjonijiet tal-ġelatina fotografika fir-Repubblika Ċeka (D007781/02 - 2010/2563(RPS) - skadenza: 11/05/2010) irreferut responsabbli: ENVI opinjoni: AGRI
- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni ta' [...] dwar il-miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-itikkettjar għall-għalf (D008153/03 - 2010/2555(RPS) - skadenza: 09/05/2010) irreferut responsabbli: AGRI opinjoni: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru …/.. li jadotta l-programm tal-istatistika u tal-metadata għaċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar previst fir-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D008166/01 - 2010/2561(RPS) - skadenza: 13/05/2010) irreferut responsabbli: EMPL
- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru …/.. ta’ […] li jemenda r-Regolament (KE) Nru 831/2002 li jikkonċerna l-aċċess għal dejta kunfidenzjali għal finijiet xjentifiċi fir-rigward tal-istħarriġiet disponibbli u sorsi ta' dejta statistika (D008228/01 - 2010/2562(RPS) - skadenza: 13/05/2010) irreferut responsabbli: ECON
- Setgħa ta' delegazzjoni leġiżlattiva (2010/2021(INI)) irreferut responsabbli: JURI opinjoni: ENVI
9. Dokumenti mressqa
Tressqu dawn d-dokumenti li ġejjin:
1) mill-kumitati parlamentari
1.1) rapporti:
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji fir-rigward ta' mikroentitajiet (COM(2009)0083 - C6-0074/2009 - 2009/0035(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Klaus-Heiner Lehne (A7-0011/2010)
- Rapport dwar il-Green Paper dwar ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (2009/2106(INI)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Maria Do Céu Patrão Neves (A7-0014/2010)
- * Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta' proġetti ta' investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fil-Komunità Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96 (COM(2009)0361 - C7-0125/2009 - 2009/0106(CNS)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Adina-Ioana Vălean (A7-0016/2010)
- Rapport dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq għall-Baġit ta’ Emenda 1/2010 (Taqsima I, Il-Parlament Ewropew) (2010/2014(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Vladimír Maňka (A7-0017/2010)
2) mill-Membri
2.1) mozzjonijiet għal riżoluzzjoni (Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Marek Henryk Migalski u Tomasz Piotr Poręba. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-mewt u t-tortura ta’ Sergei Magnitsky (B7-0111/2010)
irreferut
responsabbli :
AFET
- Cătălin Sorin Ivan u Daciana Octavia Sârbu. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar is-sajd tal-ispeċje f'periklu 'tonn tal-Atlantiku' (B7-0114/2010)
irreferut
responsabbli :
PECH
opinjoni :
ENVI
2.2) proposti għal rakkomandazzjonijiet (Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Tomasz Piotr Poręba, f'isem il-Grupp ECR. Proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar id-dikjrazzjoni tal-25 ta’ Mejju bħala l-Jum Internazzjonali f’Ġieħ l-Eroj tal-Ġlieda Kontra t-Totalitarjaniżmu (B7-0112/2010)
irreferut
responsabbli :
AFET
opinjoni :
LIBE
10. Dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)
Il-Membri li jissemmew hawn taħt bagħtu dikjarazzjonijiet bil-miktub sabiex jiddaħħlu fir-reġistru (l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura):
- Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Barbara Matera, Joachim Zeller, Artur Zasada u Wojciech Michał Olejniczak, biex it-30 ta' Mejju jiġi stabbilit bħala l-Jum Ewropew tal-Foster Families (0010/2010),
- Valdemar Tomaševski, Mirosław Piotrowski, Janusz Wojciechowski u Sandra Kalniete, dwar trattament ugwali għall-bdiewa fl-Unjoni Ewropea (0011/2010).
11. Dikjarazzjonijiet bil-miktub skaduti
Skont l-Artikolu 123(5) tar-Regoli ta' Proċedura, id-dikjarazzjonijiet bil-miktub Nru 0055/2009, 0056/2009, 0057/2009, 0058/2009, 0059/2009 skadew minħabba li ma kellhomx in-numru ta' firem meħtieġ.
12. Ordni tal-ħidma
Il-punt li jmiss kien l-ordni tal-ħidma.
L-abbozz finali tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Frar II (PE 439.049/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet imsemmija hawn taħt (l-Artikolu 140 tar-Regoli ta' Proċedura):
L-Erbgħa
1. Is-seduta kellha ssir mingħajr interruzzjoni mit-15.00 sa 24.00.
2. Iż-żewġ punti «Il-prijoritajiet tal-Parlament għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (Ġinevra, 1-26 ta' Marzu 2010)» (punt 10 tal-PDOJ) u «L-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta' Goldstone dwar l-Iżrael/il-Palestina» (punt 23 tal-PDOJ) ma jkunux ibbażati fuq id-dikjarazzjonijiet tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta' Sigurta u Viċi President tal-Kummissjoni iżda fuq id-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Kunsill.
3. Id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tas-soċjetà ċivili u tal-minoranzi nazzjonali fil-Bjelorussja jiddaħħlu immedjatament wara d-dibattitu dwar «L-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta' Goldstone dwar l-Iżrael/il-Palestina». Il-votazzjoni ssir f'Marzu.
4. Immedjatement wara l-interventi ta' minuta tiżdied dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-diżastru naturali kbir fir-reġjun awtonomu ta' Madejra. Il-votazzjoni ssir f'Marzu.
Il-Ħamis
1. Waqt id-dibattitu dwar ir-rapport Maria do Céu Patrão Neves dwar il-«Green Paper dwar ir-riforma tal-politika komuni tas-sajd» (A7-0014/2010) (punt 4 tal-PDOJ), il-Kunsill ikun allokat 5 minuti għal intervent.
2. Wara d-dibattitu dwar ir-rapport Maria do Céu Patrão Neves tiżdied dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sigurta' ferrovjarja, inkluża s-sistema ta' sinjalazzjoni Ewropea. Ma jkunx hemm tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.
3. Il-votazzjonijiet jibdew fil-11.30.
4. Talba mill-Grupp S&D għall-posponiment tal-votazzjoni fuq ir-rapport Klaus-Heiner Lehne (A7-0011/2010) dwar «Il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji fir-rigward ta' mikroentitajiet» .
Tkellmu: Martin Schulz f'isem il-Grupp S&D, li ressaq it-talba, Klaus-Heiner Lehne, Dirk Sterckx u Martin Schulz.
Il-Parlament approva din it-talba.
° ° ° °
Hekk ġiet stabbilita l-ordni tal-ħidma .
Tkellem Hannes Swoboda.
13. UE 2020 - Segwitu tal-Kunsill Ewropew informali tal-11 ta' Frar 2010 (dibattitu)
Stqarrijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: UE 2020 - Segwitu tal-Kunsill Ewropew informali tal-11 ta' Frar 2010
Herman Van Rompuy (President tal-Kunsill EwropewPresident tal-Kunsill Ewropew) u José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni) għamlu l-istqarrijiet.
Tkellmu: Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE, Stephen Hughes f'isem il-Grupp S&D, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, li rrisponda wkoll għall-mistoqsija magħmula skont il-proċedura «karta blu» minn William (The Earl of) Dartmouth, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Timothy Kirkhope f'isem il-Grupp ECR, Lothar Bisky f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nigel Farage f'isem il-Grupp EFD, Joseph Daul, biex jagħmel lil Nigel Farage mistoqsija skont il-proċedura «karta blu», Martin Schulz, li kkundanna r-rimarki ta' Nigel Farage kontra Herman Van Rompuy (il-President irrispondih li kien diġà tkellem ma' Nigel Farage rigward l-attakki personali), Nigel Farage, Frank Vanhecke, Membru mhux affiljat, Corien Wortmann-Kool, Marita Ulvskog, Lena Ek, Philippe Lamberts, Kay Swinburne, Nikolaos Chountis u Rolandas Paksas.
PRESIDENZA: Dagmar ROTH-BEHRENDT Viċi President
Tkellmu: Francisco Sosa Wagner, Werner Langen, Stéphane Le Foll, Sylvie Goulard, Reinhard Bütikofer, Charalampos Angourakis, Mario Borghezio, Andreas Mölzer, Mario Mauro, Juan Fernando López Aguilar, Jean Lambert, Othmar Karas, Alejandro Cercas, Sven Giegold, Jean-Pierre Audy, Sergio Gaetano Cofferati, Pilar del Castillo Vera, Udo Bullmann, Enikő Győri, Anni Podimata, Paolo De Castro u Liisa Jaakonsaari.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Marian-Jean Marinescu, Monika Flašíková Beňová, Andrew Duff, Georgios Papanikolaou u Silvia-Adriana Ţicău.
PRESIDENZA: Stavros LAMBRINIDIS Viċi President
Tkellmu: Maroš Šefčovič (Membru tal-Kummissjoni) u Herman Van Rompuy.
Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: fis-sessjoni ta' Marzu fi Strasburgu.
14. Il-prijoritajiet tal-Parlament għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (Ġinevra, 1-26 ta' Marzu 2010) (dibattitu)
Stqarrijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Il-prijoritajiet tal-Parlament għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (Ġinevra, 1-26 ta' Marzu 2010)
Diego López Garrido (President fil-kariga tal-Kunsill) u Kristalina Georgieva (Membru tal-Kummissjoni) għamlu l-istqarrijiet.
Tkellmu: Laima Liucija Andrikienė f'isem il-Grupp PPE, Richard Howitt f'isem il-Grupp S&D, Kristiina Ojuland f'isem il-Grupp ALDE, Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Nicole Sinclaire, Membru mhux affiljata, u José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra.
15. Merħba
Il-President laqa' lil Monsinjur Jorge Ortiga, Isqof ta' Braga, kif ukoll lill-isqfijiet u lid-delegazzjoni episkopali Portugiża li akkumpanjawh, u ta l-kondoljanzi tiegħu lill-poplu Portugiż wara d-diżastru naturali li laqat lil Madejra.
16. Il-prijoritajiet tal-Parlament għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (Ġinevra, 1-26 ta' Marzu 2010) (tkomplija tad-dibattitu)
Dikjrazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Prijoritajiet tal-Parlament Ewropew għall-Kunsilll tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU (Ġinevra, 1-26 ta' Marzu 2010)
Tkellmu: Vittorio Prodi, Alexander Graf Lambsdorff, Daniël van der Stoep, Cristian Dan Preda, Corina Creţu u Tunne Kelam.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu, Csaba Sógor, Georgios Papanikolaou, Mariya Nedelcheva, Alf Svensson u Andrew Henry William Brons.
Tkellmu: Diego López Garrido (President fil-kariga tal-Kunsill) u Kristalina Georgieva (Membru tal-Kummissjoni).
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Helmut Scholz u Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar it-13-il sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU (B7-0119/2010);
- Heidi Hautala, Barbara Lochbihler, Franziska Katharina Brantner, Hélène Flautre u Nicole Kiil-Nielsen f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar it-13-il sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (B7-0123/2010);
- Richard Howitt f'isem il-Grupp S&D, it-13-il sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (B7-0124/2010);
- Charles Tannock, Nirj Deva, Tomasz Piotr Poręba, Adam Bielan u Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp ECR, dwar it-13-il sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (B7-0125/2010);
- Leonidas Donskis f'isem il-Grupp ALDE, dwar it-13-il sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (B7-0126/2010);
- Laima Liucija Andrikienė u José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra f'isem il-Grupp PPE, dwar it-13-il sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHRC) (B7-0128/2010).
17. L-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta' Goldstone dwar l-Iżrael/il-Palestina (dibattitu)
Stqarrijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: L-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta' Goldstone dwar l-Iżrael/il-Palestina
Diego López Garrido (President fil-kariga tal-Kunsill) u Kristalina Georgieva (Membru tal-Kummissjoni) għamlu l-istqarrijiet.
Tkellmu: Elmar Brok f'isem il-Grupp PPE, Véronique De Keyser f'isem il-Grupp S&D, Annemie Neyts-Uyttebroeck f'isem il-Grupp ALDE, Caroline Lucas f'isem il-Grupp Verts/ALE, Michał Tomasz Kamiński f'isem il-Grupp ECR, Kyriacos Triantaphyllides f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bastiaan Belder f'isem il-Grupp EFD, Louis Bontes Membru mhux affiljat, u Gabriele Albertini.
PRESIDENZA: Pál SCHMITT Viċi President
Tkellmu: Richard Howitt, Frédérique Ries, Jan Philipp Albrecht, Charles Tannock, Helmut Scholz, Lorenzo Fontana, Ria Oomen-Ruijten, Olga Sehnalová, Niccolò Rinaldi, Frieda Brepoels, Peter van Dalen, Patrick Le Hyaric, Morten Messerschmidt, Proinsias De Rossa, Hannu Takkula, Geoffrey Van Orden u Alexandra Thein.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye": Miroslav Mikolášik, Antigoni Papadopoulou, Michael Theurer, Nicole Kiil-Nielsen, Robert Atkins, Seán Kelly u Diane Dodds.
Tkellmu: Diego López Garrido u Kristalina Georgieva.
Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: fis-sessjoni ta' Marzu fi Strasburgu.
PRESIDENZA: Jerzy BUZEK President
18. Is-sitwazzjoni tas-soċjetà ċivili u tal-minoranzi nazzjonali fil-Bjelorussja (dibattitu)
Stqarrijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Is-sitwazzjoni tas-soċjetà ċivili u tal-minoranzi nazzjonali fil-Bjelorussja
Diego López Garrido (President fil-kariga tal-Kunsill) u Kristalina Georgieva (Membru tal-Kummissjoni) għamlu l-istqarrijiet.
Tkellmu: Gunnar Hökmark f'isem il-Grupp PPE, Kristian Vigenin f'isem il-Grupp S&D, Gerben-Jan Gerbrandy f'isem il-Grupp ALDE, Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp ECR, Kinga Gál, Bogusław Liberadzki, Konrad Szymański, Jacek Protasiewicz, Justas Vincas Paleckis, Marek Henryk Migalski u Edit Bauer.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Sławomir Witold Nitras, Mirosław Piotrowski u Krzysztof Lisek.
Tkellmu: Diego López Garrido u Kristalina Georgieva.
Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: fis-sessjoni ta' Marzu fi Strasburgu.
19. Pekin + 15 - Pjattaforma ta' Azzjoni tan-NU għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0006/2010) mressqa minn Eva-Britt Svensson, f'isem il-Kumitat FEMM, lill-Kunsill: Beijing +15 - Pjattaforma tan-NU għal Azzjoni favur l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (B7-0007/2010)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0007/2010) mressqa minn Eva-Britt Svensson, f'isem il-Kumitat FEMM, lill-Kummissjoni: Beijing +15 - Pjattaforma tan-NU għal Azzjoni favur l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (B7-0008/2010)
Eva-Britt Svensson għamlet il-mistoqsijiet bi tweġiba orali.
Diego López Garrido (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija B7-0007/2010.
Viviane Reding (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġbet għall-mistoqsija B7-0008/2010.
PRESIDENZA: Pál SCHMITT Viċi President
Tkellmu: Christa Klaß f'isem il-Grupp PPE, Zita Gurmai f'isem il-Grupp S&D, Antonyia Parvanova f'isem il-Grupp ALDE, Nicole Kiil-Nielsen f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marina Yannakoudakis f'isem il-Grupp ECR, Mara Bizzotto f'isem il-Grupp EFD, Edit Bauer, Edite Estrela, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Iratxe García Pérez, Mariya Nedelcheva, Silvia Costa, Sylvie Guillaume u Vilija Blinkevičiūtė.
PRESIDENZA: Alejo VIDAL-QUADRAS Viċi President
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Mairead McGuinness, Silvia-Adriana Ţicău, Ilda Figueiredo, Corina Creţu, Franz Obermayr, Monika Flašíková Beňová u Angelika Werthmann.
Tkellmu: Diego López Garrido u Viviane Reding.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata fi tmiem id-dibattitu, skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura.
- Eva-Britt Svensson, f'isem il-Kumitat FEMM, dwar Pekin + 15 – Pjattaforma ta' Azzjoni tan-NU għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (B7-0118/2010).
20. Diskorsi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura:
Traian Ungureanu, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Andres Perello Rodriguez, Cristian Silviu Buşoi, Ryszard Czarnecki, Gerard Batten, Seán Kelly, Alan Kelly, Corneliu Vadim Tudor, Ramon Tremosa i Balcells, Valdemar Tomaševski, Mairead McGuinness, Silvia-Adriana Ţicău, Georgios Papanikolaou, Ioan Enciu, Oldřich Vlasák, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Mario Borghezio, Maria Da Graça Carvalho, Luís Paulo Alves, Czesław Adam Siekierski u Claudiu Ciprian Tănăsescu.
Tkellmu wara Georgios Papastamkos, Michail Tremopoulos, María Muñiz De Urquiza, Chrysoula Paliadeli, Corina Creţu, John Bufton u Sonia Alfano dwar l-organizzazzjoni tad-diskorsi ta' minuta (il-President iċċara l-proċedura).
21. Diżastru naturali kbir fir-reġjun awtonomu ta' Madejra (dibattitu)
Stqarrija tal-Kummissjoni: Diżastru naturali kbir fir-reġjun awtonomu ta' Madejra
Günther Oettinger (Membru tal-Kummissjoni) għamel l-istqarrija.
Tkellmu: Nuno Teixeira f'isem il-Grupp PPE, Edite Estrela f'isem il-Grupp S&D, Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nuno Melo, Constanze Angela Krehl, João Ferreira u Danuta Maria Hübner.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Paul Rübig, Antigoni Papadopoulou, Ilda Figueiredo, Georgios Papanikolaou, Andres Perello Rodriguez, Seán Kelly, Jaroslav Paška, Luís Paulo Alves, Franz Obermayr u Elisa Ferreira.
Tkellem Günther Oettinger.
PRESIDENZA: Diana WALLIS Viċi President
Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: fis-sessjoni ta' Marzu fi Strasburgu.
22. Proġetti ta' investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fil-Komunità Ewropea
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta' proġetti ta' investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fil-Komunità Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96 [COM(2009)0361 - C7-0125/2009- 2009/0106(CNS)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Adina-Ioana Vălean (A7-0016/2010)
(Id-dibattitu, interrott fil-22.55 minħabba problemi tekniċi, kompla fil-23.00)
Tkellem Günther Oettinger.
Tkellmu: Marian-Jean Marinescu f'isem il-Grupp PPE, Adam Gierek f'isem il-Grupp S&D, Lena Ek f'isem il-Grupp ALDE, Yannick Jadot f'isem il-Grupp Verts/ALE, Evžen Tošenovský f'isem il-Grupp ECR, Jaroslav Paška f'isem il-Grupp EFD, Amalia Sartori, Silvia-Adriana Ţicău, Roger Helmer u Bogusław Sonik.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Seán Kelly, Ioan Enciu, Miroslav Mikolášik, Czesław Adam Siekierski u Paul Rübig.
23. L-estimi tad-dħul u tal-infiq għall-Baġit ta’ Emenda 1/2010 (Taqsima I, Il-Parlament Ewropew) (dibattitu)
Rapport dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq għall-Baġit ta’ Emenda 1/2010 (Taqsima I - Il-Parlament Ewropew) (2010/2014(BUD) - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Vladimír Maňka (A7-0017/2010)
Vladimír Maňka ppreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellmu: José Manuel Fernandes f'isem il-Grupp PPE, Göran Färm f'isem il-Grupp S&D, Angelika Werthmann, Membru mhux affiljata, Salvador Garriga Polledo, Derek Vaughan, Gerben-Jan Gerbrandy u Marian-Jean Marinescu.
Tkellem skont il-proċedura "catch the eye" Paul Rübig.