3. Mistoqsijiet bi tweġiba orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)
Id-dokumenti msemmija hawn taħt tressqu mill-Membri
1) mistoqsijiet bi tweġiba orali (Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura):
- (O-0035/2010) imressqa minn János Áder u László Tőkés f'isem il-Grupp PPE, lill-Kummissjoni: Projbizzjoni fuq l-użu tat-teknoloġiji tat-tħaffir biċ-ċjanur fl-UE (B7-0206/2010),
- (O-0036/2010) imressqa minn Paolo De Castro, f'isem il-Kumitat AGRI, lill-Kummissjoni: Miżuri speċifiċi għas-swieq agrikoli (B7-0208/2010)
2) dikjarazzjonijiet bil-miktub biex jiddaħħlu fir-Reġistru (Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura) :
- Vilija Blinkevičiūtė, dwar is-Sena Ewropea għar-Responsabilizzazzjoni taż-Żgħażagħ fl-UE (0017/2010),
- Zigmantas Balčytis, dwar l-użu ta' patata ġenetikament modifikata fl-Unjoni Ewropea (0018/2010),
- Morten Messerschmidt, Anna Rosbach u Lorenzo Fontana, dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli mal-fruntieri fl-UE (0019/2010),
- Marc Tarabella, Barbara Matera, Marije Cornelissen, Ilda Figueiredo u Antonyia Parvanova, dwar id-dikjarazzjoni ta’ sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (0020/2010),
- Andreas Mölzer, dwar spekulazzjoni fi prodotti agrikoli (0021/2010),
- Andreas Mölzer, dwar l-ippjanar għall-emerġenzi u l-koordinazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ għajnuna (0022/2010),
- Daciana Octavia Sârbu, Corina Creţu, Ioan Enciu, Evgeni Kirilov u Andrey Kovatchev, dwar it-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq l-impjieg għaċ-ċittadini tal-Istati Membri ġodda (0023/2010),
- Catherine Bearder, Michael Cashman, Sirpa Pietikäinen u Bas Eickhout, dwar il-protezzjoni ta' ekosistemi fraġli u speċijiet fil-periklu (0024/2010),
- Elena Oana Antonescu, Michel Dantin, Esther Herranz García, Rareş-Lucian Niculescu u Csaba Sándor Tabajdi, dwar it-twaqqif ta' programm Erasmus għall-bdiewa żgħażagħ (0025/2010),
- Theodoros Skylakakis u Marietta Giannakou, dwar il-ġlieda kontra l-qtil għall-unur (0027/2010),
- Tiziano Motti u Anna Záborská, dwar il-ħolqien ta' sistema Ewropea ta' twissija bikrija (EWS) kontra l-pedofili u dawk li jagħtu fastidju sesswali (0029/2010).