Il-President ħabbar, skont l-Artikolu 61(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li kien irċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjonijiet komuni li ġejjin, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottahom, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra mill-prodotti marbutin mal-enerġija (tfassil mill-ġdid) (05247/1/2010 - C7-0094/2010 - 2008/0222(COD)) irreferut responsabbli: ITRE
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (tfassil mill-ġdid) (05386/3/2010 - C7-0095/2010 - 2008/0223(COD)) irreferut responsabbli: ITRE
Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu kellu jibda għalhekk mill-għada, 20 ta' April 2010.